Ħadd ma għadu jitkellem dwar il-paġni żballjati fir-rapport tal-inkjesta. Għaliex?

Blog post minn qarrej ta’ dan il-blog

Ftit tal-jiem ilu kellna l-aħbar kolossali li r-rapport tal-inkjesta kellu tliet pagni mgħottija. Dan kien ġie deskritt minn Matthew Caruana Galizia bħala żball tekniku. Kif kien jaf li dan kien żball tekniku? Infakkar li sirna nafu dwar dan l-iżball tekniku jiem wara li kien ġie ppubblikat dan ir-rapport u saħansitra wara li kien ġie diskuss fil-Parlament.

Infakkar li Jason Azzopardi kien ħareġ jgħid li dan ma kienx żball tekniku imma sar apposta u ppunta subgħajh lejn Kastilja. Fi kliem ieħor, ta’ x’jifhem li dan l-iżball sar meta dan ir-rapport kien għand il-Prim Ministru. Din il-pożizzjoni ta’ Jason Azzopardi wasslet għar-reazzjoni u qalu li dan kien żball ġenwin. Dan l-iżbal sar meta dan ir-rapport kien għadu għand l-imħallfin u mhux meta ntbagħat Kastilja. Fi kliem ieħor, ittieħed il-verzjoni li ta’ Matthew Caruana Galizia.

Min-naħa tiegħi, jien fettili niftaħ il-pdf ta’ dan ir-rapport tal-inkjesta fil-Word u b’għaġeb tal-għeġubijiet indunajt li l-pdf fih 437 pagni, waqt li fil-word hemm 439 pagni. Ma sibtx paġni 23 u 26 għaliex naħseb li dawk mhux veru nieqsa, waqt li xi ħaġa mgerfxa lejn paġna 260 hemm żgur.

Dan it-text imgerfex jidher anke jekk wieħed jagħmel highlighting fuq pagna 260 (ara screenshot fl-aħħar tal-artiklu). Jien nuża Foxit Reader għalkemm naħseb li anke Acrobat Reader jipprovdi l-istess funzjoni.

Issa l-mistoqsija tibqa’ – għalfejn qalu li hemm 3 pagni nieqsa meta s-sentenzi ta’ pagni 23 u 26 jkomplu u jagħmlu sens. Pagna 260 fil-pdf tispiċċa bil-kliem “Meħud in” u pagna 262 tibda “Daphne ma nqatlitx”. Għalfejn il-kliem ta’ pagna 261 tgerfex fil-pagna fejn hemm “Taqsima IV…”?

Għalfejn ma nġibditx l-attenzjoni lejn din il-pagna meta kien qed jiġi diskuss ir-rapport? Għaliex ħadd ma għadu jitkellem fuq din l-istorja u jistaqsi dwarha?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *