Samuel Azzopardi ser jikkontesta b’mod Indipendenti l-elezzjoni għal president tar-reġjun ta’ Għawdex

Samuel Azzopardi ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fil-kamp Nazzjonalista. Huwa leħen ieħor frisk ġewwa Għawdex. Biss jidher li l-affarijiet tiegħu mal-Partit Nazzjonalista mhux sejrin tajjeb.

Dan ħareġ ċar għaliex għadu kif bagħat email lill-kunsilliera Għawdxin fejn ħabbar li ser joħroġ b’mod indipendenti għall-elezzjoni tal-president tar-reġjun ta’ Għawdex li ser isiru f’Ottubru li ġej. Din l-email intbagħtet lill-kunsilliera il-bieraħ.

Dawn huma elezzjonijiet li ser ikunu organiżżati mill-kummissjoni elettorali u li għalihom ser jivvutaw l-kunsilliera kollha li ġew eletti fuq Għawdex. Hu mistenni li l-Partit Nazzjonalista jressaq il-kandidat tiegħu fuq Għawdex kontra Samuel Azzopardi. B’hekk it-tellieqa ser tkun bejn dawn iż-żewġ kandidati.

Dawk li huma involuti fil-politika qed iqiesu li Samuel Azzopardi bħala vittma ieħor tal-politika ta’ Chris Said u l-klikka li hemm madwaru ġewwa Għawdex li għandha s-support ta’ Repubblika u s-Soċjeta’ Ċivili.

Dak li hu żgur li fil-jiem li ġejjin ser tikkarga l-kampanja mill-kamp Nazzjonalista kontra Samuel Azzopardi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *