Where your opinion counts

Meta tikkritika lir-Repubblika tkun qed “tirrepeti li jgħidulek is-Super One” – Robert Aquilina

Blog post minn osservatur politiku

Araw ftit, kif jaħseb dak li allaħares ma kienx hu għal pajjiżna, jiġifieri Robert Aquilina u kif dan Aquilina rrisponda għall-kummenti li kiteb ċertu Christian Aquilina.

Christian Aquilina, bħala Nazzjonalist u xejn iżjed, qed jifraħ lil Alex Borg tal-kummenti tiegħu bħala reazzjoni għall-post tas-Soċjeta Ċivili u Repubblika, fejn instigaw jew taw x’jifhem, li jkun aħjar li jinħoloq partit ġdid biex jieħu post il-Partit Nazzjonalista. Christian Aquilina kiteb-

Proset ALEX BORG kompli kun inti u tħallix min jindaħallek għal xi skop tiegħu l-Partit Nazzjonlista hu tagħna. Repubblika u CSN ma għandhomx x’jaqsmu mal-PN. Robert mur kompli dur bil-BIGILLA. G….n Malti

Il-bravu President ta’ Repubblika, Robert Aquilina wieġbu bit-tonn ta’ superjorita’ għaliex hu tal-ewwel tier u qallu li huwa (jiġifieri Robert Aquilina) hu ħafna aktar intelliġenti minn Christian Aquilina, għax kellu jkun hu u sħabu li warrbu lil Joseph Muscat. Mela suppost min jikteb għandu jirringrazzjah u forsi jinkina quddiemu.

Żgur qalilna Robert Aquilina, ma jaċċettax li jiġi mgħajjar jew insulentat. Imma dan ir-raġel min bagħat għalih? Xi ħadd qabdu minn għonqu biex ikun President ta’ Repubblika? X’ħa l-pajjiż billi warrab Joseph Muscat? Taħsbu li ma kienx jitwarrab jew jitlaq kieku ma kienx hawn Repubblika? Dak li ħa l-Partit Laburista kompla kabbar il-maġġoranza tiegħu!

Il-ħaqq jasal fuq kulħadd. Skont Robert Aquilina qallu hekk lil Christian Aquilina.

Kieku ħallejna f’idejn nies bħalek, kieku għadna b’Joseph Muscat prim ministru. Missek tirringrazzjana minflok tinsulentana.

Christian ma qagħadx jomgħodha u xela’ lil Robert Aquilina li l-pajjiż ma ħa xejn billi warrab lil Muscat, għax il-Partit Laburista għadu jixxala bl-eluf ta’ voti favur tiegħu. Qallu wkoll li anke li Repubblika għenet biex jitneħħa Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista ma akkwista xejn. Christian Aquilina kompla jgħid li jirringrazzja lil Robert Aquilina meta l-Labour ikun qed jitlef b’50 elf vot u mhux ikun minn fuq.

Ir-ringrazzjamenti ma huma se jaslu qatt għax diffiċli biex naslu sa hemm fil-futur qarib. Fil-fatt Christian Aquilina kompla jgħid li s-surveys qed juru li billi warrab Muscat, it-telf għal Partit Nazzjonalista għadu qawwi u qawwi ħafna. Christian Aquilina kompla hekk –

“taf met nirringrazzjak meta il-partit Laburista jitlef b’50k għax tkun bis-saħħa tiegħek. Ara x’differenza għamel għax irreżenja Joseph Muscat u waqqajtu lill-kap tal-oppozizzjoni. Ara is-survey bigillu“.

Min dawn il-kummenti ħafna drabi spirtu pront, wieħed ikun jista’ jifhem l-animu li xi ħadd ikun qed jaħseb. Araw meta Robert beda jitlef l-argument x’qal u x’ton paternalistiku qed jintuża, Robert Aquilina lil Christian Aquilina.

“X’qed tagħmel int għal pajjiżna?

Christian Aquilina kien pront irredikola l-argument kollu ta’ Robert Aquilina meta qallu: “indur bil-jeep“.

Ħalli nniżżel żewġ kummenti oħra minn dan il-battibekk bejn dawn iż-żewġ personaġġi. Il-kummenti huma tal-President ta’ Repubblika Robert Aquilina. Minnhom se tindunaw li kif jitilfu l-argumenti dawn in-nies jgħidu l-bassezzi u jaħsbu li kulħadd mazzun. Robert Aquilina qal lil Christian Aquilina,

Ikber ftit. Lanqas taf il-prinċipji bażiċi tad-demokrazija. Tirrepeti li jgħidulek is-Super One.

Robert Aquilina kompla jgħid lil Christian Aquilina

kompli tkellem bħas-Super One. Għandek l-istess mentalita’ u lanqas tinduna“.

Qed taraw fejn jasal il-President tal-Għaqda Repubblika. Qed tindunaw kemm jiflaħ jaqa’ fil-baxx dan li suppost għaref li mingħalih li qed jagħmel il-ġlieda tas-seklu ġewwa pajjiżna, kważi kważi jaħseb li qed jagħmel il-kruċjati. Meta jitlef l-argument jaqa’ fit-tgħajjir u dejjem jidħol is-Super One. Qed jgħid li kull min ma jaqbilx magħhom, qisu waħda min-nagħaġ ta’ Bendu. Jisma’ s-Super One u jirrepeti dak li jisma’.

Dan il-President qed jgħid li hu biss għandu moħħ biex jaħseb. Jekk tmorru titkellmu mal-allat li qed imexxu l-Partit Nazzjonalista bħalissa, din l-iskuża li n-Nazzjonalisti kritiċi tal-Partit Nazzjonalisti, qed jiġu nfluwenzati mis-Super One se tisimgħuha kontinwament kemm mil-Kap, Dr Bernard Grech, kif ukoll min-nies ta’ madwaru.

2 thoughts on “Meta tikkritika lir-Repubblika tkun qed “tirrepeti li jgħidulek is-Super One” – Robert Aquilina

  1. Ghax daphne, il pura u vergni hekk kienet tghid. U la qalitha hi, ex catedra. Iktar mill Madonna.

Leave a Reply to Running Commentary Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *