Where your opinion counts

Laqgħa taħraq fid-Dar Ċentrali bejn Alex Borg, Christian Peregin, Michael Piccinino u Peter Agius

Dan is-sit jista’ jiżvela li saret laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li għalija kienu preżenti Peter Agius, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid, Michael Piccinino u Christian Peregin. Dawn iltaqgħu mal-kandidat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg. Ma hemmx dubju li din l-laqgħa kienet dwar dak li Borg kiteb fil-konfront ta’ Repubblika u dwar l-apoloġija li Repubblika qed tistenna minn għandu. F’din il-laqgħa Michael Piccinino beda jkellmu b’mod isteriku tant li semgħuh anki minn barra l-uffiċju tant kemm beda jgħajjat.

Jien infurmat li Alex Borg ġie anki mhedded u nies li kienu fid-dar Ċentrali qalu li raw lil Alex Borg joħroġ f’nofs il-laqgħa.

Verament in-nies ta’ Repubblika ġabu lill-Partit Nazzjonalista partit Faxxista. Dan hu l-veru faxxizmu sur Robert Aquilina. Li kandidat ikun sfurzat li jiġbed l-ispaga ta’ Repubblika u jekk le kulħadd jibda jgħajjat f’wiċċu. Minflok jgħinu kandidat li qed jaħdem waħdu għall-Għawdex, qed jippruvaw jaraw kif ikissruh.

Fil-fatt Robert Aquilina ħareġ erba’ posts f’ġurnata kontra Alex Borg. Din qatt ma ġrat. Jaqaw Repubblika qed jaraw f’dan il-kandidat żgħir u ħabbrieki theddida għal Chris Said? Din hija l-vera raġuni għala iridu jaqtgħu saqajn dan il-kandidat ġdid bl-għajnjuna ta’ Peregin, Piccinino u Agius?

Dawn l-affarijiet kienu jagħmluhom l-Faxxisti u l-Partit Komunisti taħt Stalin. Illum Repubblika ġabet lil dan il-Partit Nazzjonalista f’dan l-istat tal-biki.

2 thoughts on “Laqgħa taħraq fid-Dar Ċentrali bejn Alex Borg, Christian Peregin, Michael Piccinino u Peter Agius

  1. L-Ghodwa t-tajba Simon. Ma tista qatt issejjat dik l-azzjoni bhala azzjoni faxxista, imma azzjoni t-arroganza sfrenata, arroganza bla misthijja u barbarizmu. Illum jidher bic-car li dak li xi darba kien Partit Nazzjonalista, Dak li xi darba kien il-Partit li jien fit-tmeninijiet carcart demmi ghalih, spicca biss bhala burdell immexxi minn erba psatas li kienu kapaci ikissru Partit tant nobbli, sabiex jaqdu agenda li ghad trid tohrog. Hija tal-misthijja kif klikka ta’ psatas hatfu Partit li kiteb l-istorja ta’ pajjizna. Ma nistax nifhem kif il-partitarji genwini qed joqghodu ghall dan kollhu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *