Robert Aquilina ta’ Repubblika jinfexx jgħajjar lill-ħaddiema tal-Hilton
Robert Aquilina nfexx jgħajjar lill-ħaddiema tal- Hilton għax skont l-istess Robert Aquilina, dawn il-ħaddiema jaduraw lil Yorgen Fenech. Dan għaliex Robert Aquilina mar quddiem il-Hilton u l-ħaddiema ma tawhx wiċċ. Sinjal li min imexxi lil Hilton jistma lill-ħaddiema li jaħdmu fiha u jixtieqilhom il-ġid.
L-affettivita’ tal-ħaddiema – li skont Robert Aquilina hija adorazzjoni – tiġi biss jekk inti turi rispett u tagħti lill-ħaddiem dak li ħaqqu.
Ma hemmx dubju li fil-Hilton hemm jaħdmu kemm ħaddiema Nazzjonalisti u anki Laburisti u dawn kollha, fi kliem Robert Aquilina jaduraw (jiġifieri jirrispettaw) lil familja Fenech. Mhux aħjar jistaqsi għaliex?
Min imexxi l-Hilton baqa’ juri rispett lejn il-ħaddiema. Baqa’ iħallashom anki f’dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija u ma keċċa lill-ħadd u l-anqas uża l-każ ta’ Yorgen Fenech bħala karrotta kif darba kien għamel kuntrattur għax ma tawhx permess u qallhom li ser ikeċċi l-ħaddiema. Anzi żamm kollox miftuħ anki waqt pandemija.
Il-ħaddiem jaf iħobb lil min jġiblu rispett. Issa jekk titkellem fuq min jistma lill-ħaddiema tajjeb issir apoloġista. Dan juri biss il-moħħ magħluq ta’ min jagħmel il-kumment.
