Infakkru meta Lovin Malta kienu ddistanzjaw ruħhom minn storja li kienu ppubblikaw fuq Adrian Delia
Blog post minn osservatur politiku
Lovin Malta għandhom stejjer fl-imgħoddi fejn ħarġu bi storja fuq l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u wara kellhom jirtirawha.
Biex wieħed jgħid kollox, f’dan il-każ, Lovin Malta qalu li ser iġibu l-provi ta’ dak li qed jgħidu u kitbu fuq Adrian Delia, jiġifieri li kien hemm kommunikazzjoni bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech waqt id-debate fil-Parlament dwar 17Black. Nistennew u naraw.
Biss nixtieq immur lura fiż-żmien. Lura fl-2018 kienu diġa bdew b’din is-sensiela ta’ stejjer mhux veritiera. F’Jannar tal-2018 kienu xandru storja li wara kienu rtirawha, dwar il-karti ta’ €500 li qalu li kien ikollu fuqu Adrian Delia. Huma kitbu hekk fl-artiklu tagħhom, wara li rtiraw din l-istorja.
“There exists no evidence to substantiate a claim published by Lovin Malta that Leader of the Opposition and PN Leader Adrian Delia is going around with €500 notes that might be coming from donations made to the party.”
Fl-istess artiklu kienu qalu li
“With this in mind, Lovin Malta would like to clearly state that it is not making these allegations its own and it apologises for any inconvenience caused to Dr Delia.”
Tajjeb li l-ewwel taqla’ minn żniedek imbagħad tiskuża ruħek. Din kienet storja, li kif semmejt diġa’, inqabbdu jigdbu u kellhom jirtirawha. L-istorja ta’ dawn l-aħħar jiem ser tkun waħda simili?
Nistennew u naraw għax Dr Delia għamel libell lil Lovin Malta. Nisperaw li Lovin Malta jġibu l-provi ta’ dak li qed jallegaw.
Lovinmalta media ta l-imbarazz ghand tigi xoljata.