Comodini Cachia tattakka lil Adrian Delia talli fetaħ libel kontra Lovin Malta

Minn osservatur politiku

Araw kif ħarġet tattakka dik li mliet rasha li se ssir Kap tal-Oppożizzjoni. Araw kif ħarġet tiddefendi lil portal u ġiet taqa’ u tqum minn deputat mill-istess naħa tal-kamra tagħha. Mela issa biex ma nattakkawx lil media, nħalluhom jgħidu li jridu. Sewwa hekk. Prosit Therese Comodini Cachia. Issa nispera li ħadd min-naħa tal-partit Nazzjonalista ma jagħmel xi libell ieħor, inkluż lill-media Laburista.

Bi ħbieb bħalek min għandu bżonn għedewwa. Kemm hu sodisfaċenti li tkun bil-qiegħda mhux f’xi klassi, imma fuq il-pultruni tal-Parlament, jiġi attakkat sieħbek u flok tiddefendih toħroġ tattakkah int ukoll. Ġesu’ ħudni għax ma fadalx pudur iżjed fuq din l-art. Mela skond Therese Comodini Cachia wara li ħarġet l-inkjesta pubblika, ħadd ma jista’ jattakka lil xi ġurnalist, speċjalment jekk tkun politiku.

Qaltilna li l-inkjesta pubblika kkritikat il-faċilita u l-ħeġġa, li biha politiċi jattakkaw il-media. Din Comodini Cachia, b’referenza għal Adrian Delia qed tgħid b’mod sarkastiku ħafna, ejja nkomplu bil-ħajja normali tagħna qisu r-rapport tat-telfa ma sarx u ma ġiex mitmugħ lill-poplu.

Mela din l-onorevoli qed tgħid lil politiċi kollha, deputati u kandidati u oħrajn, li jekk jiġu attakkati minn xi ħadd fil-media, obdu r-rapport tal-inkjesta pubblika u tagħmlulhomx libelli. Jiġifieri biex nifhem tajjeb, din l-avukata qed tgħid lill-politiċi, ħalluhom jgħidu li jridu tal-media u tillibellawhomx. Lill-ġurnalisti qed tgħidilhom, li kif ħareġ ir-rapport tal-inkjesta pubblika, issa jistgħu jagħmlu li jridu u jattakkaw kemm jridu u jikxfu għawwar li jridu għax l-Imħallfin qalu lill-politiċi biex ma jillibellawhomx.

Possibbli ħadd mill-Partit għadu ma qalilha biex tħassar dan il-post diviżiv għall-aħħar, insolenti immens u bogħod mir-realta tal-ħajja.

Skond din l-avukata, għax tiddefendi ruħek mill-ħmieġ li jgħidu fuqek, qisek qed taqbad lill-ġurnalist li jkun attakkak minn griżmejh u tgħalaqlu l-vini ta’ għonqu. Ejjew nifhmu sewwa x’qed jintqal. Jiġifieri Adrian Delia li skond hu qalgħu kalunja fuqu, qabad lil ġurnalist minn għonqu għax illibellah u biex jieqaf jigdeb fuqu.

Allura x’suppost jagħmel Dr Adrian Delia, jirringrazzja lill-ġurnalist talli gideb fil-konfront tiegħu? X’qed Onorevoli Comodini Cachia? Jien li qed nikteb u nagħmilha ta’ ġurnalist, nista’ nikteb li rrid fuqek u int tassigurani li ma tagħmilli ebda libell? Kieku dan minnu għidli ħa niġi miegħek inżommlok idejk għax mhux qed tara l-affarijiet b’sens komun imma żgur tkun tlift it-triq tas-sewwa.

One thought on “Comodini Cachia tattakka lil Adrian Delia talli fetaħ libel kontra Lovin Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *