Kandidat Nazzjonalista jikkundanna post u jiddisassoċja ruħu mis-Civil Society Network u Repubblika
Civil Society Network tellgħu post fejn qed iħeġġu biex jitwaqqaf partit ġdid tal-Oppożizzjoni minflok dak preżenti Nazzjonalista. Jidher ċar li Bernard Grech mhux qed jitqies bħala l-mexxej tajjeb. Il-PN ġie deskritt bħala “faltering PN”, jiġifieri partit li qed jikkrolla bil-mod.
Dan wassal biex kandidat Nazzjonalista, Alex Borg jiddisassoċja ruħu mill-Civil Society Network. Hu jgħid li kemm Repubblika u ċ-Civil Society Network huma rrelevanti għalih fil-ħidma tiegħu f’Għawdex.
