Il-libel li fetaħ Adrian Delia lil Lovin Malta ma kienx fl-aħbarijiet ta’ Netnews tas-7.30pm

Verament llum l-aħbarijiet prinċipali ta’ Net News tas-7.30pm kienu tal-mistħija. Fihom ma ssemma xejn dwar il-fatt li Adrian Delia fetaħ libell kontra Lovin Malta minħabba dak li xandru dwaru il-bieraħ dwaru fir-rigward ta’ chat li qed jingħad li għaddiet bejnu u Yorgen Fenech waqt id-dibattitu fil-Parlament dwar 17Black. Hawn qed nitkellmu fuq libell li fetaħ ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-libell ġie biss irrappurtat on line fuq in news portail ta Net News imma mhux waqt l-aħbarijiet tas-7.30pm. Imbagħad tan-Net jiskantaw kif qed jitilfu s-semmiegħa!

Wieħed jistaqsi kif każ serju bħal dan u ma jkunx irrappurtat waqt l-aħbarijiet imxandra fuq it-televixin tal-Partit Nazzjonalista? Lanqas kelma waħda dwaru fl-aħbarijiet ta’ Net News tas-7.30 pm!

Min hemm wara dan kollu? Dan il-fatt jikkonferma li din l-istorja tagħmel parti minn komplott ikkoordinat li oriġina fid-Dar Ċentrali.

X’qed jiggwadanja l-Partit Nazzjonalista billi jkisser in-nies tiegħu stess? Dak li qed jiggwadanja huwa li qed ikompli jbiegħed Nazzjonalisti mill-istess Partit Nazzjonalista.

Fejn iridu jwassluh dawn in-nies lill-Partit Nazzjonalista illum huwa ċar. Dawn iridu jaħftu l-partit f’idejhom u jaħmluh tagħhom għaliex mhux kapaċi jikkreaw partit għalihom. Huma jridu partit ibbażat fuq l-elitzmu liberali li kapaċi biss joffri mbegħda lil dan il-pajjiż tagħna.

One thought on “Il-libel li fetaħ Adrian Delia lil Lovin Malta ma kienx fl-aħbarijiet ta’ Netnews tas-7.30pm

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *