Christian Peregin jiċħad kull involviment fl-istorja tal-bieraħ kontra Adrian Delia

Il-bieraħ One News semma lil Christian Peregin bħala l-persuna wara l-attakk politiku li sar fuq Adrian Delia. Lovin Malta tellgħet storja fuq Adrian Delia. Fiha ntqal li Yorgen Fenech qal lil waħda mara fin-negozju li waqt li fil-Parlament kien għaddej id-dibattitu dwar 17Black, hu (jiġifieri Yorgen Fenech) kien irċieva messaġġ mingħand Adrian Delia. Adrian Delia ċaħad din l-istorja.

Min-naħa tiegħu, Christian Peregin qed jiċħad kull involviment f’din l-istorja. Hu bagħtli messaġġ personali fejn ċaħad kull involviment tiegħu f’din l-istorja ppubblikata minn Lovin Malta. Peregin anki ċaħad kull involviment ma’ Repubblika fl-istqarriija li ħarġu. Fil-messaġġ tiegħu, Peregin qalli hekk:

I had absolutely no involvement in LovinMalta’s article and absolutely no involvement in the Repubblica response.” Hu kompla jgħidli li din l-istorja dwaru hija “a blatant lie” jew “gidba faħxija“.

Peress li l-telephone ta’ Yorgen Fenech ġie kkonfiskat u ċ-chats kollu ġew depożitati fil-qorti, wieħed jista’ jivverfika din l-istorja. Issa qed nistenna biex il-media toħroġ dan iċ-chat bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech. Dak li nista’ ngħidilkom li dan iċ-chat ma jeżistix u b’hekk l-ebda media mhu ser toħroġ dan iċ-chat.

Dawn it-tip ta’ insinwazzjonijiet qed iwasslu għal ħafna spekulazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u jekk hemmx alleanzi moħbija ma’ nies fin-negozju.

Leave a Reply

Your email address will not be published.