L-editorial tal-bieraħ tal-KullĦadd: fejn naqbel u fejn ma naqbilx
Blog post minn osservatur politikju
L-editorjal tal-Kulħadd għall-Ħadd 8 ta’ Awissu jaqbad ma’ diversi truf fl-attakk tiegħu fuq il-Partit Nazzjonalista. L-ewwel kumment li għadda kien fuq il-lista l-griża u fuq l-ereżija kbira li jreġġa lil Malta fuq l-abjad f’90 ġurnata. Hawn naqbel mal-editur meta jgħid li din hija ħrafa. Naqbel għaliex l-esperti konċernati ħadu ‘l fuq minn xahar biex bagħtu pjan ta’ rimedju li se jaħdmu fuqu, allura huwa ovvju li ma tistax issir fi tliet xhur. Din kienet ħrafa minn dawk li tuża meta jfettillek tgħaddi ftit nies biż-żmien.
Meta Dr Grech joqgħod jirrifletti ftit, jirrejalizza li ftit kienu dawk l-imzazen li emmnuh. Fuq xi ħaġa bħal din kien hemm neċessita’ ta’ serjeta’ u mhux taqla’ minn żniedek biex mingħalik tagħmel ħoss. Il-ħoss għamiltu għax din kienet bużżieqa li nfaqet f’wiċċ Dr Grech.
Ara kemm jgħid Bernard Grech li l-kwistjoni tat-taxxa tiegħu jista’ jitfagħħa wara dahru. Kemm għandu żball. Din se titla’ fil-wiċċ f’kull okkażjoni u l-iktar li se jismagħha Dr Grech, hija matul il-kampanja elettorali.
L-FATF qalet li l-aktar ħaġa li dejqitha u għalhekk tefgħet lil pajjiżna fil-lista l-griża, kien l-irregolaritajiet fil-qasam finanzjarju. Qatt ma qalilna, imma jaf, li l-evazzjoni tat-taxxa hija waħda minn dawk l-irregolaritajiet. Kif jista’ jiskonġra meta ma hux pur. Dr Grech għamel snin twal jevadi t-taxxa. Hawn min jgħid li issa ħallas kollox u allura skonġra ruħu. Dan ser jintefa’ fil-ġenb imma qatt ma hu ser jintensa. Mhux seta’ qagħad attent missu qal, imma li kien obligat li jagħmel dmiru. L-agħar li seħħ hu li f’din il-kwistjoni tat-taxxa, Dr. Bernard grech ma ammettix li żballja u talab sħuża. Minflok beda jara l-fraka f’għajn ħaddieħor, meta hu qed jgħix bi travu f’għajnejh.
L-editur dar fuq iċ-ċedoli. Hawnhekk ma naqbilx miegħu. Dan huma sitwazzjonijiet li meta tasal dahrek mal-ħajt tirrikorri għal din l-azzjoni. Imma mhux sewwa li l-editur jorbot iċ-ċedoli mal-evazzjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus għax ġejjien minn attivitajiet kriminali. Hawn għandu fejn jagħmel studju l-editur fuq in-naħa l-ħamra tal-istorja u jara kif isib affarijiet simili jew forsi agħar. Dawn diġa’ kienu jsiru fuq ix-xaqliba tiegħu.
Apparti l-ħafna kliem kulurit li tana l-editur, semma l-kwistjoni tad-dawl li tfaċċat b’mod allarmanti l-ġimgħa l-oħra. Sur Editur anki hawn ma għandekx raġun. Kwalunkwe problema ffaċċjata f’pajjiżna mhux skuża biżżejjed biex jiġi skużat xi ħadd, speċjalment il-politiċi. Dawn għandhom tort 101 fil-mija. Ma jistgħu jagħtu ebda skuża, għax ebda waħda ma hi tenibbli. Il-poplu kollu, għax bil-fors peress li l-partit li jerbaħ elezzjoni allura jkun rebaħ kollox, ried joqgħod għad-deċiżżjonijiet meħuda mir-rappreżentanti tal-Gvern, għax il-maġġoranza tagħtu l-poter. U l-poplu hekk għamel.
Ma staqsiex għaliex investew hemm u mhux hawn. Qagħdu fuq l-esperti fl-EneMalta. Kif tridu li l-poplu jindaħal? Imma l-poplu stenna li kollox ikun sew wara dawk il-mijiet ta’ Ewro minfuqa. Il-poplu jistenna l-aħjar għax hekk kien imwiegħed. Mela ebda qtugħ mhu aċċettabbli, ebda minuta mingħajr dawl f’dawn il-ġranet sħan ma jista’ jsib il-kenn tiegħu mal-poplu. L-ebda talba qawwija għall-elettriku ma tiskuża l-qtugħ li qed ikun hemm f’pajjiżna. Il-poplu ta carte blanche għal dan il-proġett. Jistenna servizz mingħajr skossi. Jiddispjaċini sur Editur, l-ebda skuża minn ebda Ministru jew Chairman tal-Enemalta ma hi se tnaqqas mir-rabja li għandu l-poplu f’din ir-rigward.
Sur Editur l-attakki li poġġejt f’dan l-editorjal ma jreġġux u kienu kollha żejda. Kien ikun ħafna aħjar li kieku kkonċentrajt fuq nuqqasijiet varji li qed ibagħti minnhom il-Partit Nazzjonalista fil-preżent, u minn dawn hemm ħafna.
