Għaliex il-ġurnaliżmu f’Malta qed jiżvinta?

Artiklu minn qarrej ta’ dan il-blog

It-tweġiba ta’ din il-mistoqsija trid bilfors tieħu l-istorja tat-traġedja tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Iwa ma jistax ma ninjorahiex.

Minn età żgħira Daphne Vella kienet tobgħod lill-Labour b’passjoni. Hija kellha raġunijiet validi biex tistmerr lill-Partit Laburista. Dak li huwa dubjuż huwa l-intensità fil-mod konspirali, immorali u ta’ ħsara inutli fl-imġieba tagħha. Kienet kapaċi ħafna fl-użu tal-pinna u kellha proċess ta’ ħsieb luċidu. Imma meta dawn l-abbilitajiet jintużaw f’ambjent politiku, jista’ jwassal għal ħsara intensivà u inutli f’soċjetà żgħira fejn tista’ tħalli marka profonda u li ma titħassarx fuq il-psyche tal-pajjiż.

Ma kelliex bżonn taħdem wisq biex tiżviluppa network li jservi l-isforzi tagħha. Dawk li għandhom moħħ politiku imorru huma stess ħalli tkun tista’ twettaq il-pass politiku li jmiss. Għalkemm id-dehen politiku tagħha kien dgħajjef ħafna, l-kapaċitajiet tagħha żammewha qrib il-quċċata ta’ partit politiku. Madankollu kienet karattru indipendenti u qatt ma taraha tpoġġi madwar mejda tiddiskuti l-politika (minbarra madwar xi mejda tal-kafè tiddiskuti l-‘echo chamber’ mal-kittieba ta’ kapacita’ ferm inqas minn tagħha).

Għalhekk, kellha ħafna ħin biex tiżviluppa l-kitba tagħha stess, minn rivisti ta’ ikel pjaċevoli għal xi narrativa ‘vjolenti ‘. Din il-kitba kienet sors ta’ imbarazzament għall-partit li kienet identifikata miegħu u kien hemm żmien meta kienet meqjusa bħala ‘problema’ politika għall-partit li kienet isservi. Meta l-PL ġie elett fl-2013 il-partit fl-oppożizjoni ħadem fuq il-ħsieb li l-Partit Laburista se jkun is-sors tal-waqgħa tiegħu stess, iżda dan ma seħħx billi l-prestazzjoni tal-Gvern il-ġdid kienet waħda ta’ suċċess.

Fl-ewwel snin is-Sinjura Caruana Galizia żammet ma‘ l-Labour ħażin f’kollox filwaqt li l-pożizzjoni tal-PN saret dgħajfa ħafna għax ma kienx hemm pjan B. Hekk kif l-elezzjoniji bdiet riesqa, in-narrattiva ta’ Daphne kienet l-unika waħda disponibbli u Mrs Daphne Caruana Galizia reġġħet saret aktar viċin l-‘istrutturi’ jew individwi importanti. Din kienet mossa daqsxejn iddisprata għax huwa magħruf sew li l-ebda partit mhu se jirbaħ elezzjoni billi sempliċement jiddegrada lill-avversarju, iżda ma kien hemm l-ebda alternattiva u l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni b’marġni sinifikanti.

Huwa punt interessanti li anke f’dan l-istadju, il-PN ma setax jirristruttura ruħu biex jespandi l-bażi tiegħu b’politika fonda u baqgħu fuq in-nota li l-Labour huwa ħażin f’kollox. F’dan il-proċess, is-Sinjura Daphne Caruana Galizia kienet l-anti-teżi ta’ dak li għandu jkun ġurnalist. Ġurnalist għandu jibqa’ ‘l bogħod mill-interazzjoni politika u l-interazzjoni kummerċjali. Sa fl-aħħar il-PN deher li qabad it-triq twila ta’ riforma li Ms Caruana Galizia irreżistit bil-qawwa kollha (u l-manuvri). Imbagħad seħħ il-qtil terribbli tas-Sinjura Caruana Galizia. U dak li kellhom ikunu kwistjonijiet paralleli, jiġifieri

1. Ġurnalist irid ikun Ġurnalist mhux plejer ta’ logħob Macjaveljan u

2. qtil hu riflessjoni ta’ soċjeta’ u dawn it-tnejn, il-ġurnalista u l-qtil intrabtu ma’ xulxin.

Din ir-rabta naħseb li kienet daqqa qawwija għall-ġurnaliżmu diġà fi kriżi. Minflok ġiet innaddfa l-art biex jinbena korp ġurnalistiku b’saħħtu li jista’ jaqdi dmiru bħala pilastru tad-demokrazija, il-ġurnaliżmu qed ikompli jħawwad u jibni fuq terrapin.

U nistaqsi jekk din hija l-agħar traġedja minn kollha? Il-qtil ta’ Mrs Caruana Galizia seta’ jservi biex ukoll mill-ħażin tagħha joħroġ it-tajjeb. Iżda qed inħoss li din l-opportunita’ mhux biss qed tintilef imma li qed nevolvu struttura li qed tkompli tara lill-ġurnaliżmu jiżvinta.

Din l-opinjoni tiegħi u tista’ tkun żbaljata, iżda nibża li mhix.

One thought on “Għaliex il-ġurnaliżmu f’Malta qed jiżvinta?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *