Imwaqqaf Facebook page mill-vittmi tan-Nutar Tommy Vella
Fuq Facebook twaqqfet paġna minn dawk li qed jgħidu li huma vittmi tan-nutar Tommy Vella. Dawn qed jallegaw li dan in-nutar għamel kuntratti u ma rreġistrahomx. B’hekk il-flus li jkun ħa tat-taxxa, ma jkunx tahom lid-dipartiment.
Dawk li qed jgħidu li huma vittmi waqqfu paġna Facebook bl-isem ta’ Victims of Notary Tommy Vella.

Dak li nistaqsi kif il-media ma qabidtx din l-istorja ta’ dan in-nutar u nvestigatha?
Dawk li qed jallegaw li huma vittmi ta’ dan in-nutar qed jgħidu li dan in-nutar qed jitħalla jiġri barra u ħadd ma jrid jieħu azzjoni kontra tiegħu.
Ghax il Media saret ta Kajin.