Il-Partit Laburista jirkeb fuq inizjattivi mibdija minn Gvern Nazzjonalista

Artiklu li bagħtuli qarrej ta’ dan il-blog.

F’dawn l-aħħar jiem kien hemm tliet ‘news items’ li ġew mogħtija ‘coverage’ tajjeb ħafna.

Mela l-ewwel kellna lill-Ministru Miriam Dalli li marret tiftaħ estensjoni fil-qasam tal-avjazzjoni tal-Sr Technics. Progett miġjub hawn Malta taħt Gvern Nazzjonalista. Issa fid-diskors tagħha, Miriam Dalli ma rriferitx għal dan il-fatt. Hu hawn fejn qed tonqos il-media tal-Partit Nazzjonalista. Il-media tal-partit, jew ma kienitx preżenti jew jekk kienet min mar ma staqsiex lill-Ministru Dalli biex għid li dan l-investiment kien inġib Malta minn Gvern Nazzjonalista. Hu qed jirrendi u kien ġa beda jirrendi taħt Gvern Nazzjonalista. Taħt Gvern Nazzjonalista kellna nvestimenti li minħabba fihom ma kellniex għalfejn inbiegħu ċittadinanza Maltija.

Hu din il-ġimgħa kellna il-ftuħ tat tkomplija ta’ Esplora. Qed nirreferi għal-lift. Hawn irid nirrimarka li dan il-lift kien diġa’ jeżisti minn meta Bighi kien sptar hu meta l-bini għadda f’idejn il-gvern Malta, dan il-lift kien għadu jaħdem. Issa l-Esplora kien ukoll proġett ta’ Gvern Nazzjonalista. Il-Prim Ministru lanqas kelma waħda ma lissen fuq hekk.

Dan hu l-istess bħal tal-Sr Technics. Il-media tal-Partit Nazzjonalista reġgħat ma għamlet l-ebda referenza għal dan il-fatt. Taf x’ma qallilhomx il-Prim Ministru li fuq ix xaqliba l-oħra, in-naħa tal-Birgu, fejn hu magħruf bħala It-Toqba kien hemm blokka bini magħruf bħalha l-“oil depot”. Dan inbidel taħt Gvern Nazzjonalista. Din kienet inizjattiva oħra tal-Gvern Nazzjonalista. Din wasslet biex bdiet ir-riabilitazzjoni tal-Kottonera. Wieħed irid ifakkar li meta’ ġew biex iwaqqgħu din il blokka, riedu l-permess tal-MEPA. Meta dan il-permess telgħa quddiem il-bord tal-MEPA, biex din il-blokka tkunx tista’ titwaqqa’ jew le, ir-rappreżentat tal-Partit Laburista fuq il-Bord, li dak iż-żmien kien l-Onor Galdes, illum ministru, kien ivvotta kontra dan it-twaqqigħ.

Il-Partit Nazzjonalista għandu fuq xix jiftaħar dwar l-imgħoddi tiegħu ħafna iktar milli wieħed jaħseb. Biss jiddispjaċini li dan il-partit inqabad f’din id-diska tal-korruzzjoni, li hija importanti, imma nesa dak kollu tajjeb li għamel.

L-istess ġara dwar is-symposium dwar il-ftuħ tal-Parlament Malti mitt sena ilu. Minflok uża dan is-symposium biex jiftaħar li hu kien il-mutur, wara t-twaqqif tal-parlament Malti, għamel azzjoni li ġabet togħma ta’ negattivita. Dak li ried jagħmel hu li jdawwar din l-azzjoni biex jiftaħar aktar b’rixu u mhux juża l-boycott li ma wasslu għall-imkien.

Jekk il-PN jrid jerbaħ l-elezzjoni, irid ikun posittiv fil-mod kif iwassal il messaġġ tiegħu. .

2 thoughts on “Il-Partit Laburista jirkeb fuq inizjattivi mibdija minn Gvern Nazzjonalista

  1. Il-PN kien sinonimu ma hafna studjar, kumitati, imma qatt ma wasal biex inied xi haga ta stoffa. Qatt ma holoq xi haga mix-xejn. il-PL holoq kien , L-Air Malta, Sea Malta li il-PN qatt ma holom li jaghmel (Stenn daqxejn ghax taht Borg Olivier ippruvaw u kien hawn xi kumpanija fantazma, imma ma rnexxietx.) Flok il-PN mexa fuq it-tajjeb tal PL, kien ixewwex lin-nies bl-ghasafar tac-Comb. u rnexxielu jkissira meta kellu jibla l-ajruplani RJ’s70 mill Ingliterra biex dawn hennew ghalihom u tawhom imbuttatura biex nidhlu fl-ewropa.

    Int ghidt ukoll li Taħt Gvern Nazzjonalista kellna nvestimenti li minħabba fihom ma kellniex għalfejn inbiegħu ċittadinanza Maltija. Veru ghax kellkhom tbiehu il-gojjelli kollha li bena il-PL bhas Sea Malta (lil Grimaldi Lines fuq platt tal-fidda, It-tarznari li l-mafjuz bil-provi mill-Qorti Palombo. Il-Lottu lil Griegi, Mid-Med Bank lil HSBC.

    Flokk investimenti, irnexxielkhom tbieghu kwazi anke il-Qalziet ta taht. Rigward il-passaporti trid tghid ukoll li hemm iktar pajjizi fl-ewropa li qed jaghmlu hekk , allura dawn hziena wkoll ?`L-ghira oht il-genn jghidu

    Biex irid jiftahar il-PN, bil-Mater Dei li damu 17 il-sena biex bnewh, bl-Airport damu 11 il-sena, bil-moll tac-Cirkewwa li qatt ma lestew . . Barra ix-xoghol hazin li sar fuq il-konkos nofs sajra., gew jiswew it-triplu tal -istima originali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *