Where your opinion counts

Il-kunjom Fenech Adami jkompli jitlef is-saħħa tiegħu

Blog post minn Osservatur Politiku

Il-bieraħ inti, Dr. Simon Mercieca, tellajt post dwar il-fatt li Michael Fenech Adami tilef l-elezzjoni biex ikun il-President tal-Kunsill Reġjonali taċ-Ċentru. Dan isegwi dak li kont inti ktibt f’wieħed mill-artikli tiegħek ftit ġranet ilu. Fih, int kont kontemplajt u għidt, li Beppe Fenech Adami u Michael Fenech Adami ma għadhomx jistgħu jserrħu fuq il-kunjom Fenech Adami. L-anqas jistgħu jibqgħu jserrħu li huma t-tfal tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Il-bieraħ Michael Fenech Adami tilef it-tellieqa għall-President ta’ Reġjun taċ-Ċentru.

Ftit tal-ġranet ilu kien hemm l-elezzjoni tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u Michael Fenech Adami kien l-aħħar wieħed li tela’, jiġifieri is-sitt wieħed. Hemm deher kemm ma jistgħux iserrħu iżjed, Michael u ħuh Beppe, fuq il-kunjom.

Għaliex qed ngħid dan? Irridu niftakru li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, allavolja kellu lil Michael Fenech Adami bħala President tar-Reġjun, xorta tilef u qaleb lejn il-Partit tal-Labour, fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kulħadd kien jaħseb li peress li l-Kunsill Lokali kien immexxi minn Fenech Adami, ma kienx se tkun faċli għal-Labour biex jerbħu dak il-Kunsill. Imma ġara li mhux biss inqaleb il-Kunsill Lokali imma talli lanqas ma rnexxielu jżomm postu, Michael Fenech Adami, bħala l-aktar kandidat li ġab voti fuq dik il-lokalita’.

Wara dan, dalwaqt ikollna t-tellieqa li jrid jagħmel ħuh Beppe, fuq it-8 distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, li għalkemm qiegħda wara l-kantuniera, għadu ħadd ma jaf meta se tkun. Nafu li kull elezzjoni li fiha tellaq Beppe qatt ma kien jagħmel house visits. Kien ikun ċert li l-kunjom kien se jirritornalu ħafna voti mill-elettorat Karkariż speċjalment. Imma din id-darba, kif qisu kull kandidat beda’ jaħdem il-kampanja personali tiegħu, qed naraw lil Beppe jdur id-djar u jagħmel il-house visits. Naħseb anke hu rrejalizza li ma jistax iserraħ iżjed fuq kunjomu.

Imma l-iżjed li qed toħroġ ċara, ma kull elezzjoni, hija li n-Nazzjonalisti u l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista qed jirrealizzaw kemm il-kliem żejjed jagħmel il-ħsara. Għadha ddoqq f’widnejn kull Nazzjonalist “int m’intiex il-Kap tiegħi”, b’referenza għal dak li qal Beppe Fenech Adami fil-konfront ta’ Adrian Delia. Dik se tibqa’ ttimbrata b’mod verament skur f’kull min iħobb lill-Partit Nazzjonalista.

Dr Beppe Fenech Adami int dak in-nhar għidt hekk lill-Kap li tellgħuh it-tesserati, illum il-votanti tat-8 distrett qed jgħidulek “u int m’intiex il-kandidat tagħna”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *