Għaliex The Sunday Times ma tistaqsi xejn dwar Keith Arnaud?
The Sunday Times kompli tħejji t-triq għas-smigħ quddiem il-Maġistrata Rachel Montebello tal-kontro-eżami ta’ Matthew Caruana Galizia li għandna din il-ġimgħa.
B’hekk The Sunday Times tatna artikli dwar żewġ uffiċjali tal-pulizija jiġifieri Ian Abdilla u Ray Aquilina. The Sunday Times rat kif żeffnet fin-nofs lil Yorgen Fenech. Biss imbagħad ma qalet imkien jekk dan Ian Abdilla kellux xi relazzjoni ma’ Yorgen Fenech. Din il-gazzetta għandha aċċess għall-uffiċjali għolja tal-pulizija li jgħaddulha direttament l-informazzjoni.
Dak li qalet huwa biss li Ian Abdilla ma investigax min hu l-owner ta’ 17 Black. Biss Ian Abdilla ma investiga lil ħadd fil-lista tal-Panama. The Sunday Times ma tgħidx li f’din il-lista kien hemm anki persuni llustri. Ara fuq dawn ma jitkellmux. Nisfida lil The Sunday Times u l-ġurnalisti tagħha biex jekk jafu li kien hemm xi kummunikazzjoni bejn Abdilla u Fenech jippubblikawha.
Biss biex tkompli tittratta l-istorja tagħha, The Times ddaħħal l-istorja ta’ supretendent ieħor Aquilina li skont The Sunday Times, Yorgen Fenech kien ser ibiegħ appartment lilu. Għaliex il-pulizija ma tipproċedix kontra Aquilina u Abdilla?
Biss bħala prova ta’ kemm hemm korruzzjoni issemmi lil Matthew Caruana Galizia. Dak li ma qalitx The Sunday Times huwa li Matthew Caruana Galizia ser ikun qed jiġi taħt il-kontro-eżami tad-difiża matul din il-ġimgħa.
Biss imbagħad The Sunday Times ma tistaqsix għala s-Supretendent Keith Arnaud ma investigax lill- avukut Arthur Azzopardi li jissemma f’dawn ir-recordings inkonnessjoni ma’ dan id-delitt. Din mhix ukoll sitwazzjoni simili bħal dik li rreferit għaliha The Sunday Times ta’ parallel universe? Għala nies oħra li ġew msemmija b’rabta ma’ dan id-delitt bħal Keith Schembri u oħrajn bħal Chris Cardona qatt ma ġew investigati mill-pulizija? Dawn ukoll issemmew b’relazzjoni ma’ dan id-delitt.
Biss jidher li l-pulizija tinvestiga biss dawk l-uffiċjali li l-familja Caruana Galizia hija kontra tagħhom. Ara fuq Arnaud li suppost kellu jagħmel dawn l-investigazzjonijiet kollha, inkluż dawk marbuta mad-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia, l-familja Caruana Galizia ma tgħid xejn. Ma nagħmlux mod li dawn qed issir kampanja kontra tagħhom għax Abdilla u Aquilina ma akkomodawx lill-familja Caruana Galizia u lill-ġurnalisti li hemm jappoġġjawhom?
Wara din il-gimgħa jerġa jintgħata rinviju ieħor ta’ xahar sakemm il-prosekuzzjoni tkompli ġġib il-provi tagħha u sadanittant, persuna tibqa’ tinżamm il-ħabs anki jekk sallum, skont il-liġi hija mitqiesha innoċenti. Illum Yorgen Fenech huwa wieħed mill-ftit li qed ikun akkużat bi qtil u għadu jinżamm arrestat. Fuq kollox huwa l-uniku persuna li ilu arrestat fuq delitt għall-aktar minn sentejn u għadu miżmum il-ħabs.
Tidher ċar l-aġenda li hemm kontra dan il-bniedem.
Nistaqsi, ser jittiehdu passi mill-pulizija kontra l-familja ta’ DCG talli taw ordni biex jinqerdu provi mportanti f’kaz kriminali, li skond il-ligi huwa kaz kriminali fieh innifsu? Hija tal-misthija li l-istat ghandu jaghti kumpens finanzjarju lil din il-familja wara dan l-agir. Min jaf x’kien jigri lil kieku ghamilt dan l-agir jien jew xi hadd bhali, x’kien jigri minnha. X’kumpens finanzjarju ser jinghataw dawk kollha li DCG ghamlitilhom hsara kbira f’hajjithom, bhal Dr. Adrain Delia fost l-ohrajn; mill-familjari taghha?
Possibli ghad hemm daqsekk grieden id DEPOT TAL PULIZIJA mela fis CID qedighn il Grieden la ma sabux minhuma.