Jafu li l-ewwel Speaker għad għandu dixxendent fil-Parlament Malti

Ittra li rċevejt dwar il-boycott lis-symposium mill-erba’ ex-Speakers Nazzjonalisti

Għażiż Dr. Mercieca,

Nibda biex ngħid li jien Nazzjonalist minn ġuf ommi. Biss dak li għamlu dawn l-erba’ ex-Speakers meta bbojkottjaw symposium marbut mal-ftuħ tal-ewwel parlament Malti mitt sena ilu hu ta’ insult għalina n-Nazzjonalisti. Juru li dawn l-erba’ ex-Speakers l-anqas jafu l-istorja tal-Parlament Malti u tal-Partit Nazzjonalista.

Jafu dawn li l-ewwel President jew Speaker ta’ dan Il Parlament kien mill-kamp Nazzjonalista, eżattament mill-Partit ta’ Monsinjur Ignazio Panzavecchia u dan għad għandu d-dixxedent dirett tiegħu membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Partit Nazzjonalista? Hawn qed nirreferi għal Robert Arrigo għax nannuh kien l-ewwel President jew Speaker tal-Parlament Malti.

Jien inqisha li din hija azzjoni kontra Robert Arrigo għax f’liema parlament ikollok xi dixxendent daqshekk qrib wara 100 sena tal-ewwel Speaker? Hawn mhux qed nitkellmu fuq sistema Monarkika imma waħda elettiva.

Tislijiet

One thought on “Jafu li l-ewwel Speaker għad għandu dixxendent fil-Parlament Malti

Leave a Reply

Your email address will not be published.