Il-Partit Nazzjonalista mar kontra l-istess statut tiegħu

Ftit ilu kkummentajt li l-President tal-MZPN u dak tal-FPPN, Joe Grech u Graham Bencini kienu leħqu President tal-Esekuttiv u tal-Amministrattiv rispettivament. Press li dawn ma ġewx eletti mill-Kunsilliera, il-pożizzjoni tagħhom fl-esekuttiv ġiet minħabba li kien tellgħu għaliex kienu l-president tal-MZPN u fil-FPPN. B’hekk, il-post tagħhom fl-esekuttiv ser jibqa’ marbut mal-post li kellhom fl-MZPN u fl-FPPN. L-uniku mod kif setgħu jibqgħu fuq l-esekuttiv kien billi jkunu eletti president mara bħala president fiż-żewġ sezzjonijiet.

Imma ġara bil-maqlub. Fl-MZPN tellgħu president raġel. Issa ħadd ma għandu jaħseb li jien qed nikteb dan biex nagħmel ħsara lil Bernard Grech. Jien qed nikteb għax irrid l-affarijiet isiru skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Ma jistax ikollok partit li jgħajjar lill-Gvern mhux qed jimxi mar-rule of law u l-istess partit ma’ jimxix mal-istatut tiegħu.

Minflok Joe Grech bħala president tal-MZPN tela’ supporter ta’ Adrian Delia.

Biss x’ġara? Joe Grech ma jistax iżomm jżomm postu fuq l-esekuttiv, għax l-uniku mod biex l-istatut ma jinkisirx, kien billi jgħażlu mara bħala president. Forsi xi ħadd jgħid li qiegħed nesagera. Ħa jkollna sitwazzjoni oħra ta’ xi vot jaħraq fl-esekuttiv bħal ma kien hemm meta kien ivvota David Stellini fil-każ li kien inqala’ tal-co-option wara r-reżenja tal-istess Stellini u Mark Anthony Sammut għamel storja. Issa l-istorja ser tkun ikbar għax dak li ser ikun president tal-esekettiv ma għandux vot. Huwa spiċċa ultra vires, jiġifieri mhux skont l-istatut. Imbagħad taraw li jien għandi raġun.  

Qed inġib kopja tal-istatut biex wieħed jifhem aktar x’qed ngħid.

One thought on “Il-Partit Nazzjonalista mar kontra l-istess statut tiegħu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *