BugM u Mark Bugeja huma l-istess persuna

Il-bieraħ tellajt storja fejn għidt li Mark Bugeja seraq profile ta’ persuna mejta. Dan qed juża dan il-profile misruq, li kien jappartjeni lill-persuna mejta u qed jużah biex jattakka lin-nies. Meta l-bieraħ tellajt dan il-post biex nistaqsi dwar dan il-bniedem, Mark Bugeja mar jiġri jbiddel il-profile picture tiegħu u tella’ ritratt ieħor.

Illum nista’ nżid biċċa informazzjoni oħra, li BugM u Mark Bugeja huma l-istess persuna. Infatti BugM hija verzjoni ta’ Mark Bugeja, jiġifieri magħmluha mill-ewwel tliet ittri tal-kunjom b’psedonomu li wża flimkien ma’ l-ewwel ittra ta’ Mark. Dan hu żgur qrib Shiftnews. Dak li nista’ ngħid li Julian Delia spiċċa jikkwota lill-BugM f’artiklu li ppubblika u li qiegħed inġib hawn taħt.

Ma nagħmlux mod li dan hu xi ġurnalista, minn dak tar-rule of law li jibża juri ismu, u li hu biċċa waħda ma’ ġurnalisti li ma jiddejqux jużaw Fake profile biex jattakkaw lin-nies u jafu li jistgħu jabbużaw għaliex ħadd ma hu ser jinvestigahom?

Biss fuq din l-istorja u aktar ser nikteb aktar ‘il quddiem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *