Bil-poster ta’ Ġaħan, il-PN ta’ rigal lill-Partit Laburista

Mela xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista ħareġ bl-idea sublimi li jagħmel poster b’Edward Zammit Lewis jgħid il-kelma Ġaħan. X’kien ir-riżultat? Ħafna Nazzjonalisti spiċċaw biex meta xi ħadd tal-Lejber ma jaqbilx mal-kumment tagħhom jinfexxu jgħajruh Ġaħan. Jekk ikunu ftit aktar edukati, jgħidulu “moron”.

Biss jekk hemm min hu verament Ġaħan dan qiegħed fil-Partit Nazzjonalista stess. Anżi jkolli ngħid li hu Ġaħan “squared”: l-aqwa Ġaħan fuq kulħadd.

Mela il-Ministru tal-Gvern qed ikun akkużat li rrefera għall-votant Laburista bħala Ġaħan. Tar-Repubblika marru f’postijiet turisti jagħmlu l-propaganda kontra tiegħu. U x’inhu l-effett? Fuq ta’ Repubblika ħafna nies qalulhom li b’li qed tagħmlu qed tagħmlu ħsara għall-ħobża ta’ kuljum tal-ħaddiema tal-Hilton. Min weħel b’dan kollu? Il-Partit Nazzjonalista! 

Issa n-Nazzjonalisti spiċċaw jgħajru lill-Laburisti Ġaħan. U x’ġara? Kien hemm sezzjoni li ma kienetx qed taħseb li toħroġ tivvota Lejber jew forsi anki bdiet taħseb biex tivvota PN u spiċċat biex b’din il-kampanja ġiet aktar ifferoċjata li tivvota lill-Partit Laburista.

Sempliċiment, din il-kampanja għamlet pjaċir kbir lil-Lejber.

Minflok il-PN bena l-kampanja medjatika tiegħu fuq is-solidarjeta’ mal-votant Laburista li ġie mgħajjar Ġaħan, spiċċa jagħmel kampanja li permezz tagħha n-Nazzjonalisti nfexxew isejħu Ġaħan lil-Laburisti kollha li jikkummentaw fuq Facebook.

Issa l-PN qed jaħsad dak li żerrgħet Daphne Caruana Galizia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *