Pampalun tar-Repubblika u Occupy Justice jisraq profile ta’ persuna mejta

Persuna li jiffirma bħala Mark Bugeja seraq Facebook page ta’ persuna li llum mejta li kien orġinarjament mill-Kottonera u mar joqgħod Tas-Sliema. Dan ilu snin mejjet. Ħadlu l-profile tiegħu, sab ritratt ta’ persuna tixbħu li jgħix il-Ġermanja u tellgħu fuq Facebook.

Dan hu persuna li jridha tar-rule of law. Huwa wieħed minn dawk ta’ kontra Adrian Delia – għax skont hu Delia hu korrott. Hu wieħed minn dawk li jaqbeż għad-deċizzjonijiet tal-familja Caruana Galizia u l-maġistrata Montebello. Hu wieħed minn dawk li jitkellem favur Repubblika u Occupy Justice u li skont hu f’Malta ma hawnx rule of law.

Imbagħad hu ma jiddejjaqx jisraq profile ta’ bniedem mejjet, u jużah biex jagħmel reati kriminali bih billi jimmalafa n-nies. Fuq kollox li tisraq profile huwa fih innifsu reat kriminali u abbużiv.

Għaliex dan il-bniedem jibża’ juri ismu veru? Min hemm mistoħbi wara l-profile ta’ Mark Bugeja? Jaqaw dan hu xi persuna li jridha ta’ illustri u tal-ewwel tier? Dan hu xi persuna li jaħseb li hu ‘l fuq mill-liġi?

Nispera li l-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw dan il-każ serju ta’ abbuż.

2 thoughts on “Pampalun tar-Repubblika u Occupy Justice jisraq profile ta’ persuna mejta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *