Minn fejn qed iġġib il-flus il-Fundazzjoni DCG?
Nhar 27 ta’ Lulju 2021 kellna fil-qorti x-xhieda ta’ Matthew Caruana Galizia fil-każ tal-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech.
Fl-ewwel mistoqsijiet li Matthew Caruana Galizia jrid iwieġeb huwa dwar ix-xogħol tiegħu. Fil-qorti hu stqarr li hu kien jaħdem mal-ICIJ u f’Costa Rica ma’ gazzetta, dejjem tramite l-ICIJ. Wieħed ikun irid jistaqsi kemm kienet il-paga ta’ ġurnalist mal-ICIJ? Kien ikun tajjeb naraw kemm kien idaħħal kull xahar Matthew Caruana Galizia? Qed nistaqsi dan għaliex fl-istess darba li kien qed jixhed fuq il-pedana tal-qorti u għalhekk jirrispondi mistoqsijiet, huwa qal li issa qed jaħdem Malta bħala Direttur tal-Fundazzjoni Daphne Caruana Galizia. B’hekk il-fundazzjoni jrid ikollha introjtu qawwi biex tista’ żżomm lil Matthew Caruana Galizia jaħdem magħha.
Meta tisma’ dawn l-affarijiet, bil-fors ikollok tkompli tistaqsi, kemm jitħallas bħala Direttur hawn Malta? Il-paga tipparaguna tajjeb, b’tali mod li Matthew jitlaq ix-xogħol tiegħu mal-ICIJ, xogħol ikkonsidrat prestiġjuż, u jiġi jaħdem mal-Fondazzjoni li twaqqfet biex tmexxi l-finanzi li qed jidħlu għall-kawża ta’ ommu?
F’dan il-kuntest, din il-fundazzjoni trid tkun trasparenti mnejn qed iġġib il-flus. Għalhekk huwa mportanti wkoll tgħid lill-poplu Malti kif qed tiffunzjona din il-Fondazzjoni u kemm qed jitħallsu l-impjegati tagħha. Fuq kollox, milli jidher, din il-fundazzjoni qed tieħu flus minn fondi pubbliċi u Ewropej.
Għalhekk qed ninsisti li huwa mportanti li din il-fundazzjoni tkun trasparenti u tgħid lill-poplu Malti kemm qed iddaħħal bħala ammonti ta’ flus u mingħand min fejn ġejjin dawn il-flus.
Fuq kollox, din hija l-għajta ta’ din il-fundazzjoni – u hija għajta ġusta – lejn trasparenza kemm mill-gvern u l-mexxejja politiċi kollha Maltin.

U kemm ghanda dejn mal gvern u mal Privat il Familja Caruana Galizia?