Il-Ministeru tal-Kultura għandu bżonn taqliba kbira

Shift News irrappurtat l-istorja li Charlon Gouder akkwista xogħol mal-Kunsill tal-Arti bi ħlas ta’ €35,000 fis-sena. Mela min dak li nafu dan huwa t-tielet xogħol li għandu dan l-avukat. Mill-informazzjoni ppublikata joħroġ li Gouder għandu l-uffiċċju legali tiegħu fejn jidher li jaħdem full-time. Jaħdem bħala CEO tat-tuna lobby f’pajjiżna u issa għandu dan ix-xogħol mal-Kunsill tal-Arti.

Skont Shift News, minn dan ix-xogħol li ngħata mal-kunsill tal-arti qed idaħħal €3,000 fix-xahar. Dan barra aktar kuntratti li huwa għandu mal-Gvern li jirrendu flejjes tajba. Sorsi fi ħdan il-Kunsill tal-Arti qalu li Gouder akkwista xogħol b’kuntratt indefinit imma jaħsbu li dan ix-xogħol huwa xogħol fantażma u skandaluż, li jfisser li qiegħed hemm għal paga biss. Bħala titlu għandu ‘Agencies and Foundations Executive’ u dan ix-xogħol jirrikjedi 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa.

Albert Marshall, is-CEO tal-Kunsill tal-Arti, ikkonferma lil The Shift News li Gouder Ilu jaħdem hemm minn Ottubru tal-2020. Marshall kompla jgħid li Gouder intagħżel wara sejħa fuq il-gazzetta tal-Gvern li dehret darba biss fuq il-gazzetta. Marshall ma setgħax jispjega x’inhu ix-xogħol ta’ Gouder u lanqas liema uffiċċju qed juża.

Imma kumbinazzjoni fil-kuntratt hemm miktub li Gouder jista’ jkompli jagħmel xogħol ieħor sa kemm ma jkunx fuq l-istess linja ta’ xogħol li għandu mal-Kunsill tal-Arti. Kumbinazzjoni wkoll, it-timetable tiegħu tiġi ssetjata mill-Kunsill u tista’ tinbidel skond in-neċessita’ tax-xogħol.

Meta tisma’ dawn l-affarijiet tibda tgħid imma kif jista’ Gvern jgħid li miexi ma’ kulħadd l-istess? Anki man-nies tiegħu stess qed isiru l-preferenzi u din qed iġġib rabja anki fil-Labour Party, inkluż fil-grupp parlamentari nnifsu. Dak li hu żgur li dan il-ministeru jrid taqliba kbira.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *