Il-boycott kontra s-symposium tal-ispeaker
lI-bieraħ, il-Ħamis 5 ta’ Awissu, erba’ ex-Speakers (kollha nazzjonalisti) kitbu lill-iSpeaker kurrenti li huma mhux se jilqgħu l-istedina tiegħu biex jattendu symposium. L-erba’ Speakers, Alfred Bonnici, Lawrence Gonzi, Anton Tabone u Louis Galea, kitbu lil Dr Anġlu Farrugia fejn qalulu li huma qablu bejniethom, li fiċ-ċirkustanzi li l-pajjiż għaddej minnhom ma ħassewx li huwa sewwa li l-parlament jiddedika l-ħin tiegħu għal sessjoni ċeremonjali meta l-pajjiż qed jiffaċċja ħafna aktar affarijiet importanti u urġenti. Dan is-symposium għandu jsir nhar it-Tlieta li ġejjin biex jimmarka il-mitt sena minn meta ġie ffurmat il-Parlament Malti.
Hawn wieħed irid jistaqsi lil min qed jobdu l-erba’ ex-Speakers meta ma aċċettawx li jattendu is-Symposium organizzat mill-iSpeaker kurrenti? Tgħid qed jobdu lil Repubblika li waslet biex tellgħet lill-iSpeaker il-qorti għax l-iSpeaker ma ħalliehomx jidħlu l-Parlament meta kien hemm is-seduta fejn saret id-diskussjoni dwar ir-rapport tat-tliet Imħallfin dwar Daphne Caruana Galizia ftit tal-ġranet ilu? Nispera li dan mhux il-każ għaliex naħseb li l-erba’ speakers jaqblu miegħi li dan hu attentat fuq l-awtonomija tal-Parlament. X’jagħmel l-Ispeaker fil-parlament mhux suġġett għall-qorti. Hu jagħti rendikont lill-Kamra.
Imbagħad hemm it-tieni punt. Jew qed jagħtu palata lil Bernard Grech li ressaq mozzjoni b’urġenza kontra Edward Zammit Lewis? L-iSpeaker minn naħa tiegħu, qal li hu ma ħassx li l-mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista għandha tiġi milqugħha b’urġenza. Mela mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma tinħassx li kien hemm urġenza mill-iSpeaker.
Biex inkunu eżatti l-ex-erba’ Speakers ma speċifikawx x’kienu l-affarijiet urġenti li għandhom jiġu diskussi b’urġenza. Qalu biss li l-pajjiż għandu aktar affarijiet importanti u urġenti x’iħabbat wiċċu magħhom. B’hekk l-ex-Speakers talbu biex is-symposium jiġi pospost għax hemm affarijiet oħra urġenti x’jiġu diskussi fil-pajjiż. Imma jidher ċar li r-riferenza li qed jagħmlu tmur għar-rapport dwar Daphne Caruana Galizia fejn instab li l-iStat għandu jerfa’ r-responsabilita’ għal qtil ta’ Daphne minħabba li ħoloq atmosphera ta’ impunita’.
Biss il-messaġġ li ntbagħat huwa wieħed politiku. Wieħed irid jiftakar li dan is-symposium jew konferenza ma ġietx imħabbra l-bieraħ. Kienet ilha ppjanata. B’hekk qiesu għandha Tit for tat. Għalija dan hu litteralment logħob tat-tfal. Qiesu qed jintbagħat messaġġ lill-iSpeaker ‘what you can do we can do one hundred times better’.
Ma marux ghax kollha jbatu mid Dimensja.