Beppe Fenech Adami ma’ Bernard Grech Ħal Lija: ma’ Adrian Delia ma kien imur qatt
Illum is-Salvatur. Illum il-festa f’Ħal Lija. Dal-għodu, Bernard Grech mar Ħal-Lija għall-festa. Sewwa għamel jitħallat man-nies.
Biss miegħu mar Beppe Fenech Adami. U tgħiduli mhux sewwa qed jagħmel. Daż-żgur li sew għamel. Biss il-problema tinsab fil-fatt li meta kien Adrian Delia, Beppe Fenech Adami qatt ma kien imur miegħu. Anzi kien jara kif jagħmillu l-bsaten fir-roti għax skont l-istess Beppe fenech Adami, Delia qatt ma kien il-kap tiegħu.
Biss partitarju Nazzjonalista li bagħatli r-ritratt ta’ Beppe Fenech Adami dalgħodu qalli:
“Għalxejn qed jiġri wara kull fejn ikun Bernard… Mhux ser ninsew x’għamel jew naħfrulu ta’ dak li għamel lil Adrian Delia”.
Delia kellhu hafna kontra min taht.