Where your opinion counts

Mnejn ġejjin il-finanzi ta’ Repubblika?

Il-bieraħ, il-kap tal-Oppożizzjoni attenda demostrazzjoni quddiem il-ministeru tal-Ġustizzja ġewwa l-belt Valletta organizzata minn Repubblika. Wieħed irid jgħid li attenda fuq il-premessa personali anki jekk fl-opinjoni tiegħi, dawn qed jagħmel ħsara lill-istess aġenda tal-Partit Nazzjonalista.

Hawn qed nitkellmu fuq ġlieda għall-governanza tajba u tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jagħmel din il-ġlieda. Biss kull Malti u Għawdxi jiftakar tajjeb li sa ftit ilu dawn lanqas kellhom biex jarmaw palk u lanqas kellhom apparat tas-sistema audio. Dak iż-żmien kienu jintużaw il-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista biex jarmawlhom dak kollu li kellhom bżonn. Dan l-apparat kien jiġi mwaħħal kull darba li kien ikun hemm vġili, dimostrazzjoni jew protesta.

Biss ftit tax-xhur wara dawn in-nies tas-Soċjeta Ċivili u Repubblika bdew jarmaw b’tali mod li ma għadhomx jużaw l-apparat tal-Partit Nazzjonalista. Tant sabu għajnuna finanzjarja li bdejna naraw użat materjal li kien jiswa ammonti ta’ flus. Kulħadd jiftakar l-istrixxuni mwaħħlin ma’ diversi partijiet ta’ pajjiżna biex jgħaddu l-messaġġi tagħhom. Bdejna naraw armar sofistikat f’kull okkażżjoni li kien ikollhom. Dan erġajna rajnieh il-bieraħ.

Jekk iridu jkunu serji dawn in-nies li dejjem jippriedkaw il-verġinita’ fuqhom infushom imma jsibu ħafna x’jikkritikaw fuq ħaddieħor, iridu jgħidu minn fejn qed jinġabru dawn il-finanzi. Tajjeb wieħed isemmi li meta il-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji talab għall-aktar trasparenza minn naħa ta’ Repubblika nqala’ kjass sħiħ, għaliex dawn tal-ewwel klassi ddeċidew li huma x’inhi transparenza u x’mhix.

Tajjeb li wieħed jgħid li kull meta dawn in-nies jitolbu l-flus, għallinqas għandhom ikunu ċari ma min isostnihom u juruhom kif qed jintefqu flushom. It-trasparenza trid tkun kullimkien.

One thought on “Mnejn ġejjin il-finanzi ta’ Repubblika?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *