Manumissjoni jew żball tekniku

Jason Azzopardi tella’ post dwar id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ press release. F’din il-press release, id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li tħalliet barra paġna mir-rapport tal-imħallfin. Jason Azzopardi qed jistaqsi jekk dan kienx b’kumbinazzjoni jew le. Jiġifieri qed jitfa’ dawl ikrah fuq l-uffiċju tal-Prim Ministru Robert Abela li ppubblika dan ir-rapport. B’mod indirett qed iwaħħal f’Robert Abela u n-nies tiegħu li ħalla barra din il-paħna barra li tikkonċerna l-Electrogas. Dak li qed jgħid bil-pulit Jason Azzopardi hu li l-imħallfin bagħtu r-rapport sħiħ imma kien hemm manumissjoni jew tbabis li seħħ meta dan ir-rapport kien għand il-Prim Ministru. Dan qed jagħmlu billi jitfa’ d-dubji permezz tal-mistoqsijiet li qed jagħmel.

Issa skont Matthew Caruana Galizia dan kien żball tekniku. Skont Jason Azzopardi dan ma kienx żball tekniku kieku ma kienx jagħmel il-mistoqsijiet li qed jagħmel. Hu tefa’ dell li ma kienx żball tekniku imma manumissjoni politika. Min qed jgħid is-sewwa?

Jien mhux ser nidħol fil-każ jekk kienx ġie imbabas mill-Prim Ministru jew le. Biss b’li kiteb Azzopardi qed jagħti raġun dak li ktibt jien jiġifieri li dan ir-rapport ġie mbabas. Il-mistoqsija tibqa’ meta sar dan t-tbabis u minn min?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *