Kenneth Rijock: verita’ jew fantaxjenza?
Skont Kenneth Rijock, l-FBI qed tipprova tintervista lil Joseph Muscat dwar investigazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kriminali fl-ex-Bank Pilatus. Dan il-bank kiseb fama li jippermetti ħasil tal-flus, ħasil ta’ flejjes iddepożitati fil-bank minn persuni barranin politikament esposti u jaċċetta flus ġejjien minn xiri jew kummissjonijiet imħallsa lil xi offiċjali ta’ gvernijiet korrotti.
Dan il-blog taħt l-isem Kenneth Rijock’s Financial Crime Blog qed jgħid li l-FBI għandhom informazzjoni kredibbli minn records antiki, li oriġinaw minn proċeduri ta’ twettiq tal-liġi u li jaħsbu li huma kollha veritiera. L-informazzjoni li għandhom l-FBI, huwa maħsub li ġew minn Ali Sadr Hashemi Nejad, il-proprejtarju Iranian ta’ Pilatus Bank. Jidher li Ali Sadr provda kwantita’ kbira ta’ informazzjoni dwar l-attivita kriminali tal-Bank li kien tiegħu. Numri ta’ nies oħra li hu maħsub li l-FBI tixtieq tinterroga huma Keith Schembri, Christian Cardona, Edward Zammit Lewis, Edward Scicluna, Carmelo Abela, Owen Bonnici u Ian Borg.
Hija kurjuża ħafna kif l-FBI għażlu li ma javviċinawx lill-Ministru tal-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis. Il-probabilita’ hija li peress li jixtiequ jinterrogawh ukoll ħasbu li kien se jagħmilhom l-ostakoli għar-rikjesta tagħhom. Ovvjament jafu wkoll li f’dawn l-aħħar ġranet Zammit Lewis qiegħed għaddej minn inkwiet minħabba l-komunikazzjoni twila li kellu għaddejja mal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Huwa ċar ukoll li l-uffiċjali Amerikani li jaħdmu fl-ambaxxata Amerikana ġewwa Malta, qed iżommu l-awtoritajiet Amerikani, infurmati dwar it-talba għat-tkeċċija ta’ Joseph Muscat mill-Partit Laburista u rigward ir-rapport tat-tliet Imħallfin fejn ikkonkluda l-kreazzjoni ta’ impunita fil-pajjiż taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru.
Biss skont Rijock hemm problema jekk issirx l-interrogazzjoni ta’ Joseph Muscat peress li jinsab imsiefer it-Turkija mal-familja kollha u għalhekk jista’ jagħżel li ma jirritornax Malta biex jagħmel l-intervista. Biss hawn naħseb fejn qed jiżgarra Rijock.
Il-blog Kennith Rijock jispjega li jekk issir l-interrogazzjoni ma’ xi ħadd u jagħżel li jigdeb fir-risposti tiegħu, dak ikun nuqqas kbir taħt il-liġi kriminali tal-Amerika. Jista’ jkun ukoll li ġie mogħti xi parir biex ma jpoġġiex għal dan l-interrogatorju għax jista’ jkun hemm il-possibilita’ li joħroġ imċappas b’xi ħaġa. Huwa anke possibbli li dawn l-interrogatorji huma biss xi previst biex tintuża l-liġi biex forsi jiġi arrestat xi ħadd minn ta’ madwar Joseph Muscat.
Għalhekk jekk teżisti diġa hemm xi taħrika li ħarġet kontra xi wieħed minnhom fl-Amerika, dawn ma jkunx jaqblilhom jitkellmu mal-media u mal-pubbliku. Kien hemm diġa’ għajdut li din is-sitwazzjoni diġa teżisti u allura dawn l-interrogatorji jistgħu jkunu aktar iebsa u ħafna aktar perikolużi. L-oħrajn imsemmijin fil-lista, miktuba iżjed ‘l fuq, huma kollha residenti f’Malta barra forsi Chris Cardona li fetaħ offiċċju Dubai, UAE, għalkemm ħadd ma jaf jekk marx hemm b’mod permanenti.
Rijock juri d-dispjaċir tiegħu li ma għandux iżjed informazzjoni x’jgħaddi għalissa imma wiegħed li jirrapurta kull informazzjoni li jkollu, dejjem jekk ikollu. Nistennew u naraw.
Biss minn dak li kiteb wera biss li hu qarib ta’ Repubblika u l-bella kumpanija, imma ħafna mill-affarijiet li qal fuq Malta relatati ma’ din l-investigazzjoni fil-passat ma seħħewx