Il-poplu qed ibati l-konsegwenzi tad-deċizzjonijiet irrazzjonali tal-Maġistrata Rachel Montebello

L-aktar storja interessanti u li titfa dawl f’dak li hu għaddej bħalissa fil-qrati tagħna kienet il-bieraħ fil-gazzetta Malta Today. Din kienet tittratta storja li bħala qed jkollna ħafna fil-qorti u tant kemm qed isiru komuni li mhux dejjem qed joħorġu fil-media. Hija storja mhux sabiħa ta’ vjolenza domestika. F’dan il-każ qed ikun allegat li mara miżżewġa b’tifla kienet vittma tar-raġel tagħha. Dan wassal biex il-pulizija ipproċedit kontra r-raġel. Sa hawn ma hemm xejn li mhux normali. Dak li għamel din il-kawża “worthed to be in the news”, kienet l-imġieba tal-avukat tad-difiza, jiġifieri l-avukat tal-akkużat, li jiġi r-raġel ta’ din il-mara. Hawn qed nitkellem dwar l-avukat Dr. Mario Mifsud.

Peress li l-akkużi huma serji, il-pulizija oġġezzjonat għal “bail”. Ikun f’dan il-mument li l-avukat tar-raġel, Dr. Mario Mifsud, jitlob li l-klijent tiegħu jingħata l-libera provizorja minħabba li jekk ma jingħatax il-bail jitlef ix-xogħol u is-sitwazzjoni ssir aktar gravi. Fuq kollox, l-avukat Mifsud irrimarka li hemm makkaniżmi biżżejjed biex akkużat isegwi l-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja.

Il-pulizija reġgħet oġġezzjonat. Ikun f’dan l-istadju li jintervjeni l-avukat tal-parte civili, jiġifieri tal-mara, Emmy Bezzina, u ma qabilx li r-raġel għandu jingħata bail. Hawn fejn l-avukat Mario Mifsud jagħmel statement qawwi u mportanti fejn jgħid li l-avukat tal-“parte civili” ma għandux dritt jitkellem fuq l-għoti ta’ bail. Il-kelma wżata f’dan l-istadju hija bil-Latin, “locus standi”, li tfisser ma għandux u ma jistax jindaħal f’din il-kwistjoni għaliex ma għandux dritt jew post f’dak il-mument biex jintervjeni fil-qorti. Dan wassal għal battibek bejn Dr. Mario Mifsud u Dr. Emmy Bezzina. F’mument minnhom, Mario Mifsud, b’rabja telaq barra mill-awla u l-maġistrata baqgħet għaddejja u ma tatx bail il-akkużat. B’hekk dan issa ser jitlef ħobżu. Imbagħad niftaħru li rridu nibnu soċjeta fuq “well-being”. Kif ili ngħid jien, is-soċjeta li qed nibnu hija mibnija fuq dak li Michel Foucault tant tajjeb kien iddeskriviha bħala “a punitive society”. Id-daħqa hija li l-akkużat ma ngħatax “bail” għaliex skont il-prosekuzzjoni huwa ta’ theddid għall-mara u għall-bintha u mbagħad l-istess prosekuzzjoni tellgħet lill-mara biex tixhed f’din il-kawża fil-qorti u kienet fl-awla meta seħħ dan il-fatta. Kieku verament kien hemm il-periklu li qed jingħad, ix-xhieda kienet tingħata b’teleconferencing kif ġustament qalet tant tajjeb id-difiża.

Infakkar li kienet il-maġistrata Rachel Montebello li tat ħafna arja lill-parte ċivili li jindaħlu jekk akkużat jingħatax bail jew le. Hawn qed nirreferi għall-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, anki jekk legalment, kif qal tajjeb Dr. Mario Mifsud, il-parte ċivili ma għandix – locus standi – f’din il-materja. Issa l-Ġaħan Malti jrid joqgħod fuq din is-sistema li ġie kkreata li qed tkisser kull stat ta’ dritt f’pajjiżna.

Prosit avukat Dr. Mario Mifsud li kellek il-kuraġġ tieqaf għal dawn l-abbuż li ġie kkreat fis-sistema ġurika ta’ pajjiżna.

One thought on “Il-poplu qed ibati l-konsegwenzi tad-deċizzjonijiet irrazzjonali tal-Maġistrata Rachel Montebello

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *