Where your opinion counts

Il-Partit Nazzjonalista u l-mina għall-Għawdex

Blog post minn osservatur politiku

Politku matur jipprova jimponi fuq politiku ġdid li għadu qed jitrawwem. Qed nagħmel referenza għal konferenza stampa li għamel il-Partit Nazzjonalista, it-Tnejn, 2 ta’ Awissu. Kelliema kien hemm tlieta, żewġ deputati u kandidat ġdid, Chris Said, Joe Ellis u Alex Borg. Miniex se nidħol fuq il-proposti mxandra waqt din il-konferenza, imma se nagħmel referenza biss fuq il-mina bejn Malta u Għawdex.

Rigward dan is-suġġett, il-Partit Nazzjonalista issa qed jgħid li jrid jagħmel referendum fost l-Għawdxin. Dan il-proġett issa ilu diskuss numru ta’ snin. Minn meta beda jitressaq dan il-proġett l-affarijiet tbiddlu xi ftit jew wisq fir-rigward ta’ trasport bejn Malta u Għawdex. Issa barra l-vapuri minn Ċirkewwa għal Mġarr, issa hemm ukoll il-fast ferry bejn il-gżejjer, xi ħaġa li kien ilha mistennija għal żmien twil.

Chris Said kien ilu li ħa pożizzjoni fuq il-mina. Ftit tas-snin ilu, Said kien jgħid li hu kien favur il-mina. Niftakar żmien fejn dan id-deputat Għawdxi kien jistqarr li l-Partit Nazzjonalista kien se jappoġġja l-proġett tal-mina. Said kien ikompli jgħid li biex xi ħadd jivvota kontra l-mina jrid jgħaddi ‘over my dead body’. Mela l-Partit Nazzjonalista kien wasal fi stat ta’ impożizzjoni minn kandidat tiegħu, li kien mija fil-mija wara l-proġett.

Issa qed naraw storja oħra minn dan id-deputat. Fejn għadu konsistenti rridu ngħiduh ukoll. Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista kien u għadu jgħid sal-lum li qabel tittieħed deċiżżjoni jridu jsiru l-istudji kollha, mingħajr eċċezzjoni. Dawn l-istess studji jridu jkunu spjegat b’mod dettaljat ħafna. Wara dan kollu tittieħed id-deċizzjoni. Sa ftit ilu Dr Chris Said ried bil-fors li ssir il-mina għax kien jgħid li l-Għawdxin rieduha.

Imma issa l-affarijet tbiddlu xi ftit. Biss waqt il-konferenza sar xi ħaġa fejn wera n-nuqqas ta’ fiduċja li għandu Dr Said fil-kandidati l-ġodda. Tal-One TV għamel żewġ mistoqsijiet, waħda lil Joe Ellis u l-oħra lil Alex Borg. Waqt li kien qed jirrispondi l-biċċa tiegħu Dr Ellis, Chris Said deher jikteb xi ħaġa fuq karta u għaddieha lil Alex Borg. Il-mistoqsija kienet sempliċi u kull ma ried jaf il-ġurnalist kienet jekk Borg jaqbilx mal-mina. Il-kitba kienet ovvja x’kienet. Kiteb il-mod kif għandha tingħata t-tweġiba u għaddieha lil Alex Borg.

Issa ħa niftiehmu, għalkemm ġdid il-kandidat, żgur li jaf x’inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Jiġifieri jekk kandidat Għawdxi ma jkunx jaf li l-Partit Nazzjonalista dan l-aħħar bidel il-pożizzjoni tiegħu kien ifisser li l-kandidat ma kienx jaf x’inhu għaddej.

Fil-fatt Alex Borg irrisponda tajjeb ħafna u għalkemm Said għaddielu l-karta xorta wera’ li ma kellux għalfejn jiġi mitmugħ ebda tweġiba. Tant hu hekk li Chris Said deher jagħti b’rasu biex juri l-kunsens tiegħu għar-risposta ta’ Borg. Chris Said prova jibgħat messaġġ dak il-ħin. Ried ifisser li fejn jidħol Għawdex, kien biss il-messaġġ tiegħu li jintqal u jitwassal. Din diġa’ saret minn deputat ieħor ma’ kandidat ġdid.

Għamlu pjaċir lilkom infuskom sinjuri deputati stabbiliti u tindaħlux fuq it-tweġibiet ta’ kandidati ġodda. Aħna rridu nisimgħuhom mingħajr indħil tagħkom għax meta jasal il-waqt, aħna rridu niddeċidu lil min se nivvutaw

One thought on “Il-Partit Nazzjonalista u l-mina għall-Għawdex

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *