Qed titħejja t-triq biex Jonathan Attard isir il-ministru l-ġdid tal-Ġustizzja

Kif kelli ċans nikteb fuq dan is-sit, dak li qed jiġri fil-konfront tal-Ministru Edward Zammit Lewis ma hu xejn ta’ barra minn hawn. Dan hu pjan strateġiku, maħdum bizilla, jew kif jgħidu bit-Taljani “a tavolino”, bi ftehim ċar li minnu ser jippruvaw igawdi kulħadd – kemm Laburisti u anki Nazzjonalisti.

Ser igawdu wkoll dawk fil-korp tal-pulizija li huma kontra Edward Zammit Lewis. Ser igawdu dawk fil-ġudikatura li ma jridux lil Edward Zammit Lewis bħala l-ministru tagħhom. Imbagħad hemm il-livell politiku. Min-naħa għandha l-Partit Nazzjonalista li mingħalih ser ikun qed jagħmel xi vittorja billi jneħħi lil Edward Zammit Lewis. Dak li ser ikun qed jgħajjar vittorja hu Jason Azzopardi u Karol Aquilina biex ikunu jistgħu jitilgħu mal-elettorat Nazzjonalista.

Imbagħad hemm in-naħa Laburista. Fil-verita’, Edward Zammit Lewis hu l-aktar kandidat popolari tal-Partit Laburista fuq id-distrett ta’ Birkirkara. Qabel dan id-distrett sar ta’ Zammit Lewis, l-aktar kandidat importanti għal dan id-distrett kien Chris Cardona. Dan kien jikkontrolla dan id-distrett għall-Partit Laburista. Press li Chris Cardona mhux ser jikkontesta, jrid jgħaddi x-xettru tat-tmien distrett lil Ian Castaldi Paris. B’hekk, Chris Cardona jrid isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Ian Castaldi Paris fuq dan id-distrett. Dan jispjega l-fatt għala Jonathan Attard, li kien fit-team ta’ Chris Cardona, ġie mbuttat fuq ir-raba’ distrett u mhux it-tmien distrett.   

Forsi ftit jafu, li l-attakk li kien hemm fuq Rosianne Cutajar ġie istigat minn Ian Castaldi Paris. Dan seħħ għaliex hija kienet ħarġet fuq it-tmien distrett fl-elezzjoni tal-2017, minbarra s-sitt distrett mnejn telgħet. Is-swaba qed idur lejn Castaldi Paris bħala l-persuna li ta lill-media, jiġifieri The Times, il-famuż affidavit. Ma setgħax tah Joe Camilleri għax dan qal li qattgħu. B’hekk is-swada daru lejh. Kienet din ir-raġuni għala, Rosianne Cutajar għajritu bil-ġuħ. Imma tgħidlu x’motiv kellu Ian Castaldi Paris biex jagħti dan l-affidavit lill-media? Il-mottiv kien politiku. Meta ħarġet din l-istorja, Rosianne Cutajar kienet għadha segretarju parlamentari. Bħal ma jiġri fil-politika, min ikun f’pożizzjoni ministerjali joħroġ fuq żewġ distretti. Peress li kif għidt, Cutajar kienet ħarġet fuq it-tmien distrett fl-2017, li jagħmel minnu Birkirkara, il-presuppost kien li ser terġa’ toħroġ fuqu. Jekk toħroġ fuq dan id-distrett, tiġi f’konflitt dirett ma’ Ian Castaldi Paris. B’hekk x’hemm aħjar biex teliminaha billi tinħareġ storja kontra tagħha fil-media?

Issa kien imiss it-tieni attakk. Dan hu fuq Edward Zammit Lewis li wara li Chris Cardona spiċċa min-ministru, sar l-aktar wieħed importanti fuq id-distrett għall-Partit Laburista. Il-forzi reġgħu ngħaqdu. Reġgħet ħarġet storja fil-media. Il-fatt li l-Maġistrata Rachel Montebello ma trid tagħti l-liberta’ provizorja lil Yorgen Fenech qed tkompli tilgħab il-logħba tagħhom – konxjament jew le – u qed tgħin f’min ser jiddomina fuq dan it-territorju. B’hekk, jekk jaqa’ Zammit Lewis, Chris Cardona joqtol żewġ għasafar b’ġebla waħda.

L-ewwel ikun dgħajjef il-pożizzjoni elettorali ta’ Zammit Lewis fuq dan id-distrett. Dan jispjega għala l-media qed tagħti dawn l-emfasi kollu fuq l-istorja jew l-espressjoni ta’ Gaħan li ġiet attribwita’ li Zammit Lewis fil-konfront tal-Laburisti. Dan qed tagħmlu biex iddgħajjef il-qawwa tiegħu mal-Laburista fuq dan id-distrett. B’hekk l-għajta tkun li l-Laburisti għandhom jivvutaw lin-Nutar Ian Castaldi Paris, li hu l-kandidata preferut ta’ Chris Cardona. Fuq kollox, Ian Castaldi Paris huwa n-nutar ta’ Keith Schembri.

It-tieni, Jonathan Attard jsir il-Ministru tal-Ġustizzja flok Zammit Lewis. Kif għidt qabel, Jonathan Attard kien jaħdem fil-ministeru ta’ Chris Cardona.

Naħseb li jrid ikun innutat ukoll li Ian Castaldi Paris qatt ma qed ikun taħt attakk mill-Partit Nazzjonalista. Anzi, wara l-laqgħat tal-Parlament, mhux l-ewwel darba jew tnejn, Ian Castaldi Paris intlemaħ f’”deep conversation” ma’ Jason Azzopardi u Karol Aquilina. 

Ir-riżultat ta’ dan kollu x’inhu għall-kamp Laburista? Minħabba dawn il-manuvri, illum ħafna ministri ma jafux xejn qegħdin fil-kabinett tal-Gvern Laburista. Ħafna mid-deputati u anki mill-ministri mhux qed jitkellmu fuq is-sitwazzjoni biex ma jagħmlux ħsara lill-gvern. Biss it-tenzjonijiet huma kbira u l-pressjoni qed tiżdid. Ħafna deputati u anki ministri qed jgħiduha ċara li dak li hemm nieqes bħalissa f’dan il-gvern hija dik li tissejjaħ fil-psikoloġija ‘emotional intellegence’. Joseph Muscat kellu din l-‘emotional intellegence’. Tħobbu jew tobogħdu, l-“emotional intellegence” kienet wara s-suċċess tiegħu. Ma kienx falz biss kien hemm min abbuża minnu u dan wassal għal waqa’ kbira tiegħu.

One comment

  1. Ser igawdu wkoll dawk fil-korp tal-pulizija li huma kontra Edward Zammit Lewis. Ser igawdu dawk fil-ġudikatura li ma jridux lil Edward Zammit Lewis bħala l-ministru tagħhom. Imbagħad hemm il-livell politiku. Min-naħa għandha l-Partit Nazzjonalista li mingħalih ser ikun qed jagħmel xi vittorja billi jneħħi lil Edward Zammit Lewis. Dak li ser ikun qed jgħajjar vittorja hu Jason Azzopardi u Karol Aquilina biex ikunu jistgħu jitilgħu mal-elettorat Nazzjonalista.
    KOLLHU VERU tAQTA IL BAJD BIEX TINKI IL MARA.

Leave a Reply to qurdina Cancel reply