Meta Saviour Balzan kien akkuża lil Jason Azzopardi li ħa pjaċiri mingħand John’s Garage

Fl-2020, Savour Balzan kien kiteb artiklu twil dwar l-aħwa Farrugia ta’ John’s Garage. Dawn kienu fl-aħbarijiet minħabba l-istorja tal-iskandlu taż-żejt. Jien mhux ser nidħol f’din l-istorja tal-iskandlu taż-żejt. Imma f’dan l-artiklu, Balzan jakkuża lil Azzopardi li ħa pjaċiri mingħand l-aħwa Farrugia kemm personali u anki għall-attivitajiet politiċi tiegħu. Balzan jgħid li Jason Azzopardi mhux biss ingħata parking b’xejn għall-karozza tiegħu fil-garage tagħhom, imma anki kienu jagħtuh il-karozzi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jwasslu lill-kostitwenti ta’ Jason Azzopardi b’xejn għall-attivitajiet politiċi li hu kien jorganiżża. John’s Garage tawh anki l-użu b’xejn tas-sala tagħhom għall-attivitajiet politiċi tal-istess Azzopardi. Dan hu dak li kiteb Saviour Balzan fl-2020.

Mela mhux biss mingħand Yorgen Fenech, Jason Azzopardi ħa pjaċiri! Issa anki mingħand l-aħwa Farrugia li huma involuti – tajjeb jew ħażin – fl-allegat skandlu taż-żejt, ħa pjaċiri. Infakkar li dawn id-dettalji u stejjer ilhom fil-media. Dan hu l-avukat ta’ Repubblika u tal-Fundazzjoni Daphne Caruana Galizia li suppost qed jiġġieldu kontra l-korruzzjoni. Ħalluna. Ara fuq dawn l-affarijiet tar-Repubblika qatt ma jgħidu xejn. Ara fuq dawn l-affarijiet Manuel Delia qatt ma qal xejn, anzi jiddefendi lil dan l-avukat.

Dan hu l-avukat li l-maġistrata Montebello tħares lejh b’riverenza kbira. Din hija l-istess maġistrata li niesha huma fil-business u dawn huma ħbieb intimi ta’ Jason Azzopardi. Dan hu l-avukat li kemm il-prosekuzzjoni, jiġifieri l-Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u l-investigaturi nqabbdu f'”deep conversation” miegħu.

Nistaqsi lir-Repubblika jgħidulna fejna verament qedha l-qarnita?

https://www.maltatoday.com.mt/comment/blogs/105787/sauce_for_the_goose_sauce_for_the_gander?fbclid=IwAR1lH8PB3ME5oGsvu8_AV_72MOTar1utLN3M43yYg8CQ0iujNNoueWIm50A

One thought on “Meta Saviour Balzan kien akkuża lil Jason Azzopardi li ħa pjaċiri mingħand John’s Garage

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *