Marica Micallef tilfet xogħlha minħabba l-kitba tagħha dwar il-Covid19
Ftit tal-jiem ilu, għamilt referenza għal fatt li The Times tat spazju lit-Tabib Jean Karl Soler biex jitkellem fuq il-Covid19. Issa wieħed irid jgħid li Jean Karl Soler mhux għal kollox kontra t-titqiba. Dak li hu importanti huwa l-fatt li Soler ħa jibqa’ magħruf bħala l-uniku tabib li sfida lill-awtoritajiet fil-miftuħ dwar dak li kienu qed jgħidu dwar din l-epidemija.
Fl-istess ġurnata, anki l-Malta Independent kellha artiklu fejn intweriet il-faċċata l-oħra tal-munita.
Jiena bħala l-manager ta’ dan is-sit ma għandi xejn kontra li jkun hemm artikli li jinfurmaw lin-nies dwar il-Covid19. Dak li ma naqbilx miegħu hu l-fatt li dawk li kienu kontra ma kienux qed jingħataw spazju fil-media biex isemmgħu l-opinjoni tagħhom bl-iskuża li kienu ta’ theddida għas-saħħa pubblika.
Għalhekk ħassejt u anki kont minn tal-bidu nett li mort kontra l-kurrent u tajt spazju lil Marica Micallef biex tikteb f’dan is-sit. Qalgħet ħafna insulti u anki tilfet l-impjieġ tagħha minħabba dawn l-artikli. Illum għall-grazzja t’Alla, ġa sabet impjieġ ieħor. Mhux ser nidħol fid-dettall dwar l-istorja tagħha biss nammira l-kuraġġ ta’ din il-mara li baqgħet tikteb.
Ħaġa waħda nista’ ngħid fiċ-ċert li l-blogs li qed ittella’ qed jagħtu kashom l-awtoritajiet u qed jaslu anki għand politiċi barranin. Huma korretti, profetiċi (kif tara kull meta terġa’ tikkwota blogs mill-passat) u kontroversjali. Il-blogs jittakiljaw l-ekonomija, is-saħħa, ix-xjenza, il-politika permezz tal-fatti u bil-mistoqsijiet.
Fuq kollox dawn il-blogs huma maħsuba biex jistigaw diskussjoni b’dak li jwasslu biex ikun hawn dak li jissejjaħ “critical thinking” fil-qarrejja. Qarrej jista’ ma jaqbilx magħhom. Ma ġara xejn. Biss hu importanti li wieħed jaħseb u jixtarr.
Dak li nista’ ngħid li l-artikli li jkunu ippubblikati f’dan is-sit dwar il-Covid19 huma riċerkati. Hawn ħafna fake news. B’hekk trid issir ħafna riċerka. Naf li Marica Micallef tagħmel ħafna riċerka u naf ukoll li toqgħod attenta ħafna x’tikkwota. Naf li mhux faċli. Naf ukoll li ħafna qed jibdew japprezzaw dak li qed tikteb. Dak li nista’ ngħid li dak li qed tikteb mhux motivat minn xi agenda politika partiġġjana. Fuq kollox, din il-mara l-anqas qed titħallas jew tirċievi xi forma ta’ remunerazzjoni minn għandi tal-artikli li qed tikteb.
B’hekk Marica Micallef qed tagħmel dan kollu biss minn sens ċiviku lejn is-soċjeta’ Maltija. Ħadd ieħor huwa mħallas biex imexxi l-propaganda dwar il-Covid19! Li jweġġgħek li minflok grazzi, istituzzjonijiet li jriduha ta’ l-onorabbli u l-puri jagħmlu attakki personali fuqha maħsuba biex joħonquha ekonomikament. Biss kif jgħidu. Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija.
Ragel ta 39 sena miet bil COVID ghax ma riedx jiehu il vacin kien qed jistenna sena ha jara kif immoru.