Illum erġajna koppi fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech

Illum kellna mill-ġdid il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Is-smigħ reġa’ dam tliet kwarti. Din is-seduta setgħet daħħlet ma’ tal-bieraħ. X’ħareġ minnha. Xejn? Dwar Yorgen Fenech sirna nafu li għandu żewġ yachts li wieħed minnhom imur għall-missieru. Ma nafx x’għandu x’jaqsam dan mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Peress li Yorgen Fenech kien ġie arrestat meta kien ħiereġ b’wieħed minnhom, fl-allegat ħarba min Malta, li ma kienet ħarba xejn. Anzi din l-istorja tal-lum tikkonferma li ma tantx kellu għalfejn jaħrab għax kien ħiereġ bil-yacht tiegħu u fuq kollox kellu aktar minn wieħed. Illum insiru nafu li dan il-yacht li nqabad fuqu jmur għall-missieru u ġiet reġistrata fuq missieru fl-2008. Dan ifisser li dan hu yacht hu ftit qadim u verament li kien ikollu bżonn service ta’ spiss kif dejjem qalet id-difiza.

Mela l-avukat ġenerali għandu żmien biex jagħmel rinvji fejn fihom jgħajjat xhieda u x-xhieda li qed jgħajjat l-anqas huma sekondarji għall-każ, imma rrelevanti. Imbagħad xhieda mportanti, bħal hu Keith Schembri biex jidher għal kontro-eżami qatt ma ġie mgħajjat u issa jidher li mhux ser ikun mgħajjat minħabba saħħtu.

Dak li laqgħatni kien il-mod kif The Times irrappurtat din is-seduta. Is-soltu din il-gazzetta tagħtina l-proċess kollu b’mod dettaljat ta’ kif żviluppaw l-affarijiet fil-qorti. Din id-darba xejn minn dan. Jidher li l-editur li qed jieħu ħsieb din il-pagna sab diffikulta’ jikteb u pprova jnaqqas ftit milll-effett tal-ħsara li dawn is-seduti qed jagħmlu lill-aġenda ġurnalistika li hemm kontra Yorgen Fenech biex dan jitpenġa f’dawl ikrah. Infakkar li hemm persuna li qed tinżamm arrestata fuq insistenza tal-pulizija u l-parte civili.  

Gazzetti li tawna din l-istorja b’mod normali, jiġifieri kif żviluppat ix-xiehda kienu l-Malta Today u Malta Independent. Verament kif għidt f’artiklu ieħor, għandna ħela ta’ ħin u riżorsi tal-qrati u dan kollu orkestrazzjoni biex Yorgen Fenech jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *