Jason Azzopardi imgiddeb fuq post dwar l-programm l-Erbgħa fost il-Ġimgħa
Jason Azzopardi reġa’ daħħal lil Dr. Bernard Grech fil-ħajt. Dr. Grech u il PN reġgħu ħadu falza stikka oħra, din id-darba dwar l-istorja ta’ Mark Lawrence Zammit u l-waqfien tal-programm tiegħu l-Erbgħa fost il-Ġimgħa. Mil-mod kif qed tiżviluppa din l-istorja, din hija taħwida oħra ta’ Jason Azzopardi li bena storja fuq nofs veritajiet u anki fuq gideb. Fiha anki daħħal il-ġurnal elettroniku stradarjali.com
Din id-darba mhux qed ngħidu jien. Qed jgħidu ġurnalista ta’ stradarjali.com bl-isem ta’ Matthew Pullicino. Dan kiteb ittra twila taħt il-post li tella’ Jason Azzopardi. Matthew Pullicino jikteb li hu ttesserat tal-Partit Nazzjonalista biss qal lil Jason Azzopardi li hu l-problema fil-Partit Nazzjonalista. Dak li qal hu dak li qed ngħid jien fir-rigward tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hu dak li kiteb Matthew Pullicino:
Għażiż Jason Azzopardi,
Kelli nikteb hawn għaliex ma niflaħx nara aktar kummenti li jħammġu nies bl-addoċċ u mingħajr raġuni ta’ xejn ħlief għax huma Laburisti. Sfortunatament wasalna s’hawn f’dan il-pajjiż, wasalna biex tlifna kull raġuni l-aqwa li ninfexu f’xi ħadd ħali min għalina nkomplu nidhru tal-puri.Din hija l-paġna ġdida li trid għal pajjiż? Din hija r-riforma li tridu tagħmlu fuq l-ġurnaliżmu? L-ewwel ħaġa li kellek tagħmel huwa li jġib l-artiklu kollu u fuq liem sit ħarġet l-aħbar l-ewwel. Dak l-artiklu ktibtu jien, u la Quinton u lanqas Clint u għalhekk qed nikteb dan il-messaġġ.Għandek tkun taf li StradaRjali hija paġna indipendenti, u ħafna ukoll, iktar minn paġni oħra, u din hija r-raġuni għaliex jien nikteb fija. Fiż-żmien li ili nikteb qatt ma kelli nitfa ndħil jew xi aġenda fuq xix nikteb, mingħand ĦADD, nikteb biss il-fatti għax in-nies il-fatti jridu jaraw u mhux nofs veritajiet kif qed tippubblika int.Jekk niġu għal dan il-każ li semmejt, jien ir-raportajt dak li kiteb Mark Laurence Zammit f’artiklu li ħareġ qabel, ftit wara kien hemm risposta miċ-Chairman Eżekuttiv tal-PBS u ppublikajta wkoll, biex in-nies ikollhom l-istampa kollha, kif dejjem nagħmlu. X’tippretendi li ma nirappurtax dak li qal? Nifhem li fl-aħbarijiet tal-Partiti jirrapportaw nofs verità imma żgur mhux is-sit tagħna. Dan huwa s-sit fejn jitkellmu n-nies u nirraportaw dak kollu li jkun qed jiġri, dak kollu li l-poplu jinteressah u jitkellem dwaru.Jien nistieden lil kulħadd isegwi dan is-sit u jara l-artikli kollha u jara jekk hemmx xi haġa li mhix verità jew fatt. Naħseb b’wiċċi min quddiem dan huwa s-sit li jipprova jkun min ta’ quddiem biex iwassal l-aħbar hekk kif tkun qed iseħħ inkluż stqarrijiet li joħorġu minn kull Partit Politiku.Onor. Azzopardi, ħa nkellmek issa bħala tesserat tal-Partit Nazzjonalista. Din hija r-raġuni għaliex il-PN sfortunatament baqa’ fejn kien, raġuni primarja hija għaliex int u ftit oħra għadkom hemm tiddettaw l-aġenda u twasslu l-messaġġ tagħkom u mhux tal-Partit. Naħseb mhux l-ewwel wieħed li qed ngħidilkom, imma qiskom ma tridux tisimgħu minn nies.Jekk tridu idawwru din l-istorja f’waħda politika partiġjana maħmuġa naħseb qed tagħmilha mal-bniedem il-ħażin. Kul min jaf lili jaf l-onesta u l-lealtà tiegħi sa fejn twassal.Jien inħalli f’idejn in-nies biex jiġġudikaw bejn dak li qed tipprova tinsinwa int u dak li għedt jien.
Grazzi, Matthew Pullicino
Il-problema tal-PN tinsab fil-fatt li qed jibqa’ jippersistu f’attitudni li għandhom li jaqraw storja u jitilqgħu jiġru biex jgħamluha tagħhom mingħajr l-ebda strategija. Il-Partit baqa’ nieqes minnha! L-aqwa li titmexxa agenda individwali ta’ x’uħud.


Kompli farku IL Partit kocc kokroc.