Jon Mallia tella’ blog post fuqi. Onestament ma fhimtx x’irid jgħid!
Qed inġib blog post li tella’ Jon Mallia fuqi xi jiem ilu. Onestament ma nistax nifhem xi jrid jgħid bih. Naf li hu relatat mal-analizi tiegħi fuq il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Biss biex jagħmel il-punt tiegħu nemmen li ma għandux għalfejn jgħajjar. Dan il-post ħlief tgħajjir u jinsulti ma fihx.
Illum Jon Mallia hu assoċjat mal-Partit Nazzjonalista. Jiġifieri, biex il-liberali tal-Partit Nazzjonalista jagħmlu l-punt tagħhom iridu bilfors joqgħodu jgħajru lin-nies?
Min-naħa tieħi, ma għandix problema nġibu fuq dan is-sit la darba hu dwari. Milli qed nifhem, qed jirreferi f’din il-kitba għal dak li ktibt dwar l-elezzjoni tal-esekuttiv fil-Partit Nazzjonalista. Skont hu mhux veru li kien hemm block vote. Jekk ma jafx, mhux block vote wieħed kien hemm imma tnejn.
U s-sabiħa issa qedha hawn. Jon Mallia jidher li jgħid li mhux veru Manuel Delia qal li prosekuturi ser jirreżenja minħabba fija – dejjem jekk qed nifhem sew x’irid jgħid! Mela naħseb aħjar imur jara x’irrappurtat Lovin Malta f’dik il-famuża interview li Manuel Mallia kellu miegħu u jmur jerġa jismgħu.
L-ewwel parir li nagħti lil Jon Mallia hu dan. Argumenti ad hominem jew kontra l-persuna qatt ma rebħu xejn lill-ħadd. Din kienet l-istrateġija ta’ Daphne Caruana Galizia li wasslet biex kissret lill-Partit Nazzjonalista.
It-tieni parir jittratta l-użu tal-assurd fil-politika. L-assurd ħallieh għat-teatru. Kitba assurda ma taħdimx f’ilsien tal-politika.
Inċidentalment, din kien għallimili Fr. Peter Serracino Inglott – li t-teatru tal-assurd kien iħobbu ħafna. Hu rrealizza li fil-politika l-assurd ma jaħdimx u ma naħsibx li għandi għalfejn nagħtih provi storiċi, mill-kamp tal-politika lokali, għala dak li qed ngħid hu minnu.
Għalaq billi ngħid li kiteb artiklu biex jikkritikani u spiċċa biex numru ta’ nies fil-kummenti tagħhom ħajruh biex jistiedinni għall-poddata tiegħu. Nispera li ma kienx hemm minn ħaseb li jien bagħathom. Lil dawn nirringrazzjahom għax wrew il-fiduċja tagħhom fiha. Biss l-anqas qed ngħid dan għaliex irid nistieden ruħi b’idejha għaliex ma għandi l-ebda interess li ikun guest tal-ebda programm.
Min-naħa tiegħi, nawguralu ħidma sfiqa fix-xogħol li qed jagħmel.

Kif Trista tifhmu sieghat iddum biex jaqlahha
Jiprova minghalih imma qieghed il bogged min blogger Jew gornalista.