“Jekk hemm bżonn inħammġu isem Malta mad-dinja”
Dan kien messaġġ li esponent għoli Nazzjonalista fi Brussel bagħat lill-business Malti li huwa Nazzjonalista. Dan il-business kbir Nazzjonalista mhux qed jaqbel mal-pożizzjoni li ħa l-Partit Nazzjonalista fir-rigward tal-grey listing ta’ Malta. B’hekk bagħat messaġġ privat lill-persuna li qegħda fi Brussel u hija Nazzjonalista. Dan qalha “Għala qed tħammġu isem Malta?” Din il-persuna rrisponditu li “jekk hemm bżonn inħammġu isem Malta mad-dinja“.
Mhux ser ngħid min kienet din il-persuna li bagħtet dan il-messaġġ għaliex mhux fl-intenzjoni tiegħi li nagħmel il-ħsara lil ħadd. Biss qed insemmi din l-istorja biex wieħed jifhem għala l-Partit Nazzjonalista ma jistax jimxi ‘il quddiem. Qed ngħidha biex nispjega għala qed nikkritikah kif qed nikkritika.
In-Nazzjonalisti akkaniti qed jaħsbu li b’din l-istorja tal-grey listing ser jeħel il-Partit Laburista u Joseph Muscat mal-poplu Malti. Biss forsi hawn fejn ser jiżballjaw. Mal-businessmen, inkluż, dawk Nazzjonalisti, qed jeħel il-Partit Nazzjonalista nnifsu u r-rappreżentanti ta’ dan il-Partit fi Brussel. Il-Partit Nazzjonalista jrid jieqaf jagħmel l-auto-goals.
Is-surveys jew sondaġġi qed juri li dan hu minnu. Anki jekk issa l-Partit Laburista ilu fil-gvern żewġ leġislaturi, jidher ċar li ser imur għat-tielet rebħa tiegħu. Is-sondaġġi kollha qed jaqblu, inkluż dawk magħmula minn gazzetti li huma qrib il-Partit Nazzjonalista, li l-Partit Nazzjonalista mhux qed javvanza irrispettivament mill-iżballji kbar li wettaq il-Partit Laburista matul dawn l-aħħar żewġ leġislazzjonijiet.
Messaġġ bħal dan, mogħti lill-persuna fin-negozju juri għala l-Partit Nazzjonalista ma jistax jimxi ‘il quddiem, irrispettivament mill-għajta tiegħu ta’ korruzzjoni.
U int ghaliex tahseb kulhadd ghid li il PN TRADITURI li sgur il labour ma ghandux il hila jikxef lil min hu hekk.
Memx ghalfejn tighdu qatt ma kien jimportakhom hlief minkhom infuskhom.
Din il-kantaliena et nausea fuq il-korruzzjoni issa saret diska mzarzra, ghax il-poplu KOLLU kemm laburist, kemm nazzjonlist u kemm l-indipendenti jafu li- l-korruzzjoni KULHADD ghamila, allura HADD m’ghandu subghajh dritt xemgha. Minn mhhux midneb jitfa l-ewwel gebla , qalilhom Kristu 2021 sena ilu u ghada valida sal-llum. Il-kwistjoni kollha hija , il-but tal-poplu, u xejn izjed. Min iffanga u ghaffeg lil-poplu biex jibqa jiffanga, u min iffanga imma l-poplu hallieh bil-flus fil-but. Dik hija l-istorja u l-verita kollha. Ejjew nieqfu nibnu oqbra mbajda. U dan jafuh sewwa tal-oppozizzjoni, u ghalhekk qed jaghmlu minn kollhox biex ikissru ir-reputazzjoni ta pajjizna ma-l-ewropa u mad-dinja jekk ikun hemm bzonn, biex ikissru l-ekonomija , il-haddiem/ cittadin ikollu inqas flus fil-but , jibda it-tgemgim u jibdew ix-xquq. Imma wis nahseb li x-xquq ga kisser lil-oppozizzjoni wahda sewwa.