It-tweġiba tiegħi lil Kevin Wain u Tiziana Aljasem

Kevin Wain għamel post fuq il-Facebook Page ta’ Tiziana Aljasem wara li din il-mara xxerjat l-artiklu ta’ Manuel Delia fuqi. Hawn qed nirrefer għal dak l-artiklu li fih Manuel Delia bagħatni l-infern u biex juri kemm hu raġel qagħad idaħħal kliem li fl-antik konna nirreferu għalih bħala diskors tal-baħrin. Il-kumment ta’ Kevin Wain hu kif ġej:

Biex wieħed jifhem il-kuntest ta’ fuq xix qed nikteb, Kevin Wain huwa kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Dan sejjaħ dawk li qed jagħtuni l-informazzjoni bħala “evil souls”. Dan seħħ wara li tellajt artiklu dwar il-fatt li t-tesseri tal-Partit Nazzjonalista ma kienux qed jitqassmu ġewwa Tas-Sliema. Wara li ħriġt dan l-artiklu, Kevin Wain u n-Nutar Vassallo-Agius ħarġu jqassmu t-tesseri. U għamlu sew.

Mela skont Wain, dawk li qed jgħadduli l-informazzjoni huma erwieħ ħżiena jew diaboliċi. Hija fin-natura ta’ Kevin Wain li ma jsibx problemi li jgħajjar, imma jekk ikun hemm xi ħadd li jgħid xi ħaġa fuqu jew jitma’ xi ħaġa lil Simon Mercieca, jgħajrek li għandek ruħek ħażina. Bl-istess argument mela hu x’għandu? Ħa nasal għall-punt.

Mela min jgħaddi xi ħaġa lili, jistaqsini biex nikkonferma min bagħatli l-informazzjoni. L-istess talbet Aljasem. Ara jien hux ser ngħidilhom min jibgħatli l-informazzjoni. Skont hu, din l-informazzjoni għaddihieli membru ta’ xi Kunsill Lokali għax qal li ammetta li bagħatha hu. Jista’ jammetti kemm irid biss jien min jibgħatli informazzjoni mhux ser ngħid min hu jew nidħol fil-kwistjoni. Wain qal li dan l-membru tal-kunsill lokali u kompla jgħid li din il-persuna saħansitra ammettit u għalhekk qed jittradixxi lill-Partit Nazzjonalista.

Issa ħa nifthemu meta xi ħadd jibgħat xi informazzjoni lil xi blogger jew ġurnalist, dan jew din ikunu għamluha huma u jaf biha biss dak jew dik, lil min bagħtuha. F’dan il-każ l-informazzjoni li nbagħtet lili kienet dwar posts fuq Facebook. U ħa ngħidlek kelli aktar minn persuna waħda li kienu qed jibagħtuli l-istess informazzjoni!

Mela ma ġietx imperċa l-ebda informazzjoni għaliex dak li ktibt dwaru kien pubbliku. Imma li tikteb fuq Facebook Page, dak it-tgħajjir lil xi ħadd min sħabek, tal-istess kulur tiegħek u li suppost qed taħdem miegħu jew magħha, dak tista’. U tista’ wkoll tperrċu ma’ Malta u Għawdex kollu. U ħalluna!

Biss ħa nagħti eżempju konkrett lil Kevin Wain u lil Aljasem li veru jibgħatuli screen shots minn Facebook. Barra li nbagħatli dan il-kumment, intbagħat ieħor li kitbet il-mummy ta’ Kevin Wain. In fatti, wara li hu tella’ dan il-kumment, ommu tellgħet post. Jiġifieri, din l-istorja ma waqfitx hemm. Jiena ntbagħatli kumment ta’ Lina Wain fuq il-Facebook Page ta’ Sliema Residents. Ippruvajt nerġa’ nfittxu biex nikkonferma imma mid-dehra ġie mneħħi.

Imma bil-kumdita’ ta’ screen shot, illum jibqa’ kollox għandek. La nżertat li l-mummy kitbitha eżatt ma’ jew wara li tella’ binha, allura mill-ewwel tikkonkludi li dawn iż-żewġ posts huma komplimentari għal xulxin. La kitbet il-mummy wieħed jagħtik x’taħseb li dan hu t-tifel tal-mama’. Jiġifieri xi tifel li jkun dejjem ma’ djul ommu. Fi kliem sempliċi, dawk kollha li mhux tal-ewwel grad ma għandhomx jingħataw pożizzjonijiet importanti!

Biss biex jingħad kollox, il-bieraħ, Manuel Delia tella’ post kontra Adrian Delia. Xi ħadd jidher li ġibed widnejn Kevin Wain għaliex tella’ dan il-post taħt il-post ta’ Adrian Delia. Għall-ewwel darba Kevin Wain beda jamminira l-merti ta’ Adrian Delia!

Ara fuq dan il-punt għandha naqbel miegħu!

One thought on “It-tweġiba tiegħi lil Kevin Wain u Tiziana Aljasem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *