Għala ċertu Nazzjonalisti mhux ser imorru jivvutaw? Konvenjenza jew Konvinzjoni?

Post li rċevejt minn Nazzjonalist imweġġa’

Mela ċertu Facebook users, li jippużaw qishom spokespersons ta’ Bernard Grech u l-PN, sal-bieraħ filgħodu riedu jipprovaw isallbu lil Adrian Delia u lis-segwaċi tiegħu, wara li Manuel Delia tella’ l-famuż post tiegħu. Dawn reġgħu kitbu fuq il-Facebook page tagħhom kontra Adrian Delia u s-segwaċi tiegħu. Imbagħad ġiet iċ-ċaħda mill-Partit Nazzjonalista ta’ dak li kiteb Manuel Delia fuq Adrian Delia permezz ta’ Lovin Malta fejn pubblikament, Manuel Delia twaqqaf milli jkompli jigdeb fuq Adrian Delia u jagħti miżinformazzjonijiet fuqu.

Sadanittant Adrian Delia tella’ żewġ posts. Wieħed fejn giddeb dak li qal Manuel Delia. Wara li l-Partit Nazzjonalista ddistanzja ruħu minn Manuel Delia, Adrian Delia tella’ post ġdid fejn fih qal li Manuel Delia mhux il-PN. “L-ispokespersons” tal-klikka ta’ Manuel Delia, bħal li kienu ngħataw struzzjonijiet biex issa jibdew jitfgħu posts biex in-Nazzjonalisti jingħaqdu.

Il-mistoqsija tiegħi bħala Nazzjonalist, hija din: kif nista’ jien li ġejt mgħajjar minn dawn l-“ispokespersons”, nafda lill-Partit Nazzjonalista tal-lum? Dawn qed jibgħatu messaggi stonati. Dak li qed jgħidu mhux gej minn konvinzjoni imma għall-konvenjenza. Ħa nagħti eżempju wieħed.

Filgħodu, Claire Harmsworth tibgħatna mal-Labour u tgħajjar lis-segwaċi ta’ Adrian Delia nagħaġ u mogħoż u filgħaxija tibdel it-ton.

Open photo

Dak li nista’ ngħid hu dan. F’din l-elezzjoni, il-familja tagħna mhux ser toħroġ tivvota. Jekk niġi mistoqsi għala, it-tweġiba tiegħi hija sempliċi;

Jekk aħna niġu mgħajra li għandna agenda Laburista, nippreferi ma nivvutax milli jibqgħalhom id-dubju li stajt ivvutajt Labour. Jien il-partit ma niċħdu qatt, mhux bħalma għamlu is-17 Blue Heroes, li kkomplottaw kontra l-Kap tal-Partit tagħhom stess. B’hekk biex ma jkunx hemm dubju li jien u l-familja tiegħi xi darba vvutajna Lejber, nippreferu li noqgħdu d-dar.”

Lili u lil ħafna oħrajn, dawn l-ispokespersons ma ħallewniex għażla oħra. Għalhekk jien nippreferi ma nivvutax milli jibqa’ xi dubju li xi darba stajt ivvutajt Labour. U l-istess ser jagħmlu membri tal-familja tiegħi.

One thought on “Għala ċertu Nazzjonalisti mhux ser imorru jivvutaw? Konvenjenza jew Konvinzjoni?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *