Fuq l-infieq fi propaganda ta’ David Casa Tar-Repubblika ma jgħidu xejn

Blog post minn osservatur politiku

Kemm smajna fuq il-Ministru Carmelo Abela li nefaq ħafna flus fuq riklamar għalih fuq il-media. Intalbu nkjesti. Intalbu riżenji. Insomma għamlu żmien ma waqfux jaqlawlu fuq paġna li kien għamel u ħallas minn fondi pubbliċi.

Tafu min hu dan li jidher fir-ritratt fl-aħħar ta’ din il-kitba? Dan huwa David Casa, membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista. Araw x’riklam faqqalna s-Sur Casa! Dan ir-riklam minn fejn qed jitħallas?

Jiġifieri jekk żbalja Carmelo Abela, Casa ma hu qed jagħmel ebda żball? Jew Casa jista’ u Abela ma jistax? Jew forsi ta’ Abela kienu mħallsin mill-flus tal-Maltin u l-ieħor mill-flus Ewropej? Forsi għax l-Ewropa tippermetti dan it-tip ta riklami jsiru tajbin? Imma mhux xorta dawn riklami politiċi mħallsa minn fondi pubbliċi jibqgħu?

Dan qed ngħidu mhux biex niddefendi lil Abela jew nattakka lil Casa. Dan qed ngħidu biex nuri kemm kienu assurdi l-argumenti li saru u għala dawn mhux qed jgħinu lill-Partit Nazzjonalista. Wieħed irid jiftakar li l-Partit Nazzjonalista huwa membru tal-EPP. B’hekk, għaliex huwa membru, David Casa spiċċa fl-EPP għaliex l-elettorat Malti vvota lill-Partit Nazzjonalista u tella’ lil David Casa fil-Parlament Ewropew.

Meta nara hekk niftakar fi żmien meta missirijietna li kienu jaħdmu mal-Gvern Ingliż. Niftakar lil min isemmi meta jaraw infieq li forsi kien ikun hemm xi dubju fuqu, billi jgħidu li dan huwa flus ir-Reġina. Jiġifieri dak mhux il-poplu Malti qed iħallas għalih imma l-kuruna Ingliża jew il-Gvern Ingliż. Bħal dak li qallu jekk ikun infieq illeċitu mhux xorta lleċitu jibqa’, ġej min fejn ġej! Fuq kollox, f’dan il-każ, l-Ewropa tiġbor il-flus mit-taxxi tal-Ewropew kollha.

Mhux qed ngħid li qed isir xi ħaġa ħażina minn David Casa billi għamel dan ir-riklam. Imma fatti bħal dawn toħroġ l-ipokrezija ta’ dawk kollha li għamlux festa minn fuq attakk politiku li nżerta kien fuq Carmelo Abela. Imbagħad ma jgħidu xejn fuq riklami bħal dawn li jiġu mħallsa minn flus Ewropej. Din turi biss ipokresija politika.

One comment

Leave a Reply