Manuel Delia jaf biss jitkellem u jikteb bil-lingwaġġ tal-baħrin

Blog post minn osservatur politiku

Qed nikteb dan il-messaġġ qasir. Ma għandi ebda ħsieb li niddefendi lil Dr Simon Mercieca. Persważ, anżi ċert, li kapaċi jiddefendi lilu nnifsu minn dak il-mintna ta’ kliem li kiteb Manuel Delia fuqu. Li nista’ ngħid hu li jien qatt ma smajt u lanqas rajt kitba li fiha oxxenitajiet jew dagħa. L-uniku dagħa u kliem pastaż li smajt kien fl-intervista li kellu Manuel Delia, dan tal-ewwel tier jew tal-grupp tal-elite, mal-ġurnalista Jon Mallia. Hija verament tal-mistħija li tisma’ l-kelma “Ħaqq u Alla: warajha u dan meta tkun qed tiġi ntervistat. Naf, Dr. Mercieca, li inti kellek battibek mal-media tal-Knisja għaliex int għidt li l-espressjoni “Ħaqq Alla” mhix dagħwa. Kemm ippruvat tkissrek il-knisja dak in-nhar! Niftakar kemm il-media tal-Knisja kienet skandalizzat għaliex kont ktibt dwarha wara li kien qalha l-Ministru Ian Borg.

Ara issa għax qalha Manuel Delia, flimkien mal-kelma “ostja” tiela’ u niżla minn Jon Mallia ma jimpurtax. Heqq dawn biċċa waħda mal-Arċisqof Scicluna.

Għalina li għexna taħt kolonja, il-ġenituri tagħna kienu jgħidulna li dan huwa l-lingwaġġ tal-baħrin. Jiġifieri titkellimx jew tiktibx hekk.

Forsi hemmhekk juri Manuel li kiber u sar raġel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *