Kif tista’ titlob it-tkeċċija ta’ xi ħadd minn Partit Politiku jekk m’intx membru tiegħu?
Blog post minn osservatur politiku
F’ittra ndirizzata lill-Partit Laburista, l-President ta’ Repubblika Robert Aquilina, qal li qed jitolbu t-tkeċċija ta’ Joseph Muscat, l-ex-Prim Ministru ta’ Malta, mill-Partit Laburista. Jaqaw dan Aquilina xi wieħed li hu membru fiż-żewġ partiti wkoll? Nimmaġina li hu tesserat fil-Partit Nazzjonalista biex jaġevola lil ħuh Karol.
Kif jista’ dan jitlob affarijiet bħal dawn minn Partit jekk ma jkunx membru tiegħu? Kif jista’ dan jesiġi li jsiru affarijet, jew f’dan il-każ tkeċċijiet, minn partit politiku li għandu strutturi u metodi kif isiru dawn l-affarijiet? Min hu dan Robert Aquilina biex jistaqsi għall-affarijiet bħal dawn?
Jekk trid tipparteċipa u jkollok vuċi, idħol membru allavolja ma nimmaġinax li tiġi aċċettat, u wara li tistudja l-istatut ħalli tara jekk hux possibli li tressaq xi ħaġa bħal dik.
Aquilina qed isostni dan kollu għax skond hu l-inkjesta tat-tliet imħallfin żammet responsabbli lill-iStat, għalkemm ma sabitx lill-iStat involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Bħala kontinwita’ tal-ittra, Repubblika qalet li biex il-Partit Laburista jerġa’ jaqbad it-triq ‘il quddiem irid ineħħi lill-ministri li allegatament ħadnu id-deċiżżjonijiet ta’ dak in-nhar. Aquilina kompla li
“jekk tassew irridu futur imdawwal għal pajjiżna ma nistgħux inħallu attiv fil-politika lil min, meta ngħata r-responsabilta’, daħħalna fl-isqaqien l-iktar mudlama.”
Imma fir-rapport it-tliet imħallfin kitbu dan li ġej:
“F’dan ir-rigward allura s-sottomissjoni magħmula lill-Bord minn diversi ministri li xehdu quddiemu illi huma ma kienux mgħarrfa b’ħafna mid-dettalji tal-proġetti realizzati minn ministeri oħra, fosthom allura minn dawk l’hekk imsejjħa shadow cabinet, hija korretta u ma għandhiex tissorprendi”.
Mela jekk ir-rapport qed jgħid li kien hemm min, mill-Ministri, ma kienux jafu b’kollox x’inhu għaddej, allura kif titlob lil dawn iwarrbu u lanqas iħallihom jissottomettu jsimhom bħala kandidati fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Mela li tixtieq tagħmel Repubblika huwa li ddgħajjef kemm tiflaħ il-kandidatura tal-Partit Laburista.
Imbagħad jgħidulek li mhumiex qed jaħdmu id f’id mal-Partit Nazzjonalista. Jekk jiġri kif qed jgħid Aquilina, min se jakkwista? Min se jmur l-aħjar? Ovvju li l-Partit Nazzjonalista. Allura jekk Repubblika qiegħda tassisti lill-Partit Nazzjonalista biex jakkwistaw vantaġġ fl-elezzjoni li ġejja, x’se tkun il-pożizzjoni ta’ Repubblika jekk il-Partit Nazzjonalista jieħu l-Gvern? Tgħid ikollna xi ftit minn ħokkli dahri ħalli meta jasal il-waqt inħoklok tiegħek?
Huwa għal din ir-raġuni li l-Partit Nazzjonalista, kull darba li joħroġ għonqu u jlissen kliem li bihom juri li qed javviċina jew jaħdem ma’ dawn in-nies, ikun qed jitlef il-voti. Mela Dr Grech irid jagħżel. Jew jitħabbeb ma’ Repubblika u jiġbed l-antipatija ta’ ħafna nazzjonalisti ġenwini, jew jinfatam minn dawn in-nies, li mingħalihom għandhom ħafna doni divini u jaħsbu li huma ħafna aħjar min-nies komuni, u jitlef is-simpatija lura ta’ ħafna nazzjonalisti mweġġa’.
Dawn laljeni misshom lanqas jihdru quddiem in nies.
Dawn ta repubblika taparsi ngo kull ma jridu hu li jiddistabilizza l-pajjiz. ;L-ikbar wahda rizenja ta persuna retta u serja tal President
wenzo