Jason Azzopardi: min qed jagħtik lezzjonijiet fid-drama?

Il-bieraħ fil-Parlament sar diskors interessanti imma ddramattizat wisq għall-Parlament waqt id-dibattitu fuq ir-rapport tat-tliet imħallfin dwar Daphne Caruana Galizia. Dan id-diskors għamlu Jason Azzopardi. Verament din id-darba wriena li għandu għalliem tad-drama tajjeb u tajjeb ħafna. Tgħid veru li ċertu persuna li tant kkritikatu Daphne, qed jagħtih il-lezzjonijiet? Ma kienx ta’ pjaċir biss tisimgħu imma kien ta’ pjaċir anke tarah lil Dr Jason Azzopardi jindirizza l-Kamra tal-Parlament.

Dr Azzopardi beda d-diskors tiegħu b’dan il-kliem qawwi,

l-ewwel kliem tal-Prim Ministru kienu trasparenza u onesta fid-diskors tiegħu. Gideb. Lanqas għandu d-diċenza ikun lejali ma’ dil-kamra u mal-poplu u jgħid, ir-rapport illi ppubblika l-bieraħ u li ttejbilja llum fuq il-Mejda tal-Kamra mhuwiex ir-rapport sħiħ li kellu jkun ippubblikat”.

Dan joħroġ minn paġna 5 u 6 tar-rapport. F’paġna 5 r-rapport jgħid hekk:

Ix- xhieda apparti dik li ttieħdet fil-magħluq ser tkun ukoll aċċessibbli għall- pubbliku bħala parti ta’ dan ir-rapport”. U f’paġna 6 jgħid hekk “Dawn in-noti ta’ osservazzjonijiet flimkien max-xhieda ser jiġu ppubblikati ma’ dan ir- rapport għax jitfgħu dawl rilevanti għal meritu ta’ din l-Inkjesta.

Dr Azzopardi qal li la x-xhieda rilevanti u lanqas l-osservazzjonijiet ma ġew pubblikati. Jason Azzopardi kompla jgħid li kieku Malta hija pajjiż normali, kieku wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport jirriżenja l-Gvern. Imma verament jixtieq elezzjoni ġenerali issa l-Partit Nazzjonalista?

Imbagħad, Jason Azzopardi ffoka l-argumenti tiegħu billi tefa’ dubju, kemm verament saret apoloġija sinċiera mill-Prim Ministru. Għamel referenza għall-kumment li kien ippubblika Silvio Schembri tliet t’ijiem qabel l-elezzjoni tal-2017 fejn kiteb li s-Sibt ta’ wara, jiġifieri dak in-nhar tal-elezzjoni ġenerali, kienu se jeħilsu minn Daphne. Semma wkoll ministru ieħor li kien jimmesseġġja lil Yorgen Fenech kuljum wara li sar magħruf li huwa s-sid ta’ 17Black u jipprova jidħol f’negozju miegħu biex jipprova jmexxi lukanda.

Fuq din in-nota Jason Azzopardi semma wkoll lil Evarist Bartolo, Glenn Bedingfield, l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-użu tal-email personali. Azzopardi baqa’ jsostni li biex l-apoloġija tkun sinċiera u kollettiva trid tkun magħmula minn kulħadd.

Biss jien hawnhekk ngħaddi kumment. Il-Prim Ministru għamel l-iskuża hu f’isem l-istat. Il-familja nafu, għax qrajna, aċċettat l-iskuża tal-Prim Ministru u lesti wkoll li jiltaqgħu miegħu. X’irid iżjed Dr Azzopardi? X’qed jistenna bħala apoloġija sinċiera Dr Azzopardi? X’suppost jagħmel iżjed il-Prim Ministru biex waqt li skuża ruħu juri li hu kien qed ikun sinċier? Jiena ma nafx. Forsi jilluminana Dr Jason Azzopardi.

Biss naqbel ma’ Salvu Mallia fuq punt wieħed. Salvu Mallia tella’ post fejn qal li jekk wara din l-apoloġija hemm ħlas finanzjarju, dan ma għandux jitħallas mill-poplu Malti imma mill-Partit Laburista. Naqbel li l-poplu Malti ma għandu iħallas għal din l-apoloġija. Ara fuq dan il-punt Jason Azzopardi s’issa għadu ma qal xejn!

3 comments

  1. U Dan Jason kif ma jisthix jghid li l-PM gideb meta HU stess gie ppruvat li huwa giddieb prim ta l-ewwel klassi. Gideb fuq Adrian Delia, li bil-gidba li ghamel Adrian Delia gie mnehhi minn Kap. Gideb lil tal-familja, kulhadd jafha l-istorja (Pinga lilu nnifsu Qaddis iktar mill Papa). Kif tista tati kazu lil-dan attur komiku. Fuq il-punt l-iehor illi jekk ikun hemm xi multa li trid tithallas lill-familja ta CG. ma naqbielx li ghanda tithallas mill-PL. L-ewwel nett il-PL ma baghat lill hadd biex joqtol lil xi hadd. Jekk tafu b’xi haga gibu il-provi …u it-tieni ghandu jhallas jew ihallsu l-individwi li mexxew il-pjan tal-qtil. X’ghandu x’jaqsam il-partit. Lanqas jitwemmnu b’certu cucati li jinghaddu.

Leave a Reply