It-Times tagħti spazju lit-tabib Jean Karl Soler: ma għadux aktar ta’ periklu għas-saħħa pubblika

Illum The Times tat spazju lit-tabib Jean Karl Soler. Illum inħossni kburi li jien kont wieħed minn ta’ l-ewwel li tajt spazju lil videos ta’ dan it-tabib Soler. Miegħu, dan is-sit qed jagħti spazju lill-argumenti li qed tikteb Marica Micallef fuq dan is-suġġett. Minħabba din il-pożizzjoni tiegħi, li nagħti spazju lill-esperti li ma kienux għal kollox jaqblu ma’ dak li kien qed ixandar il-gvern, ġejt mgħajjar mill-mainstream media bħala periklu pubbliku u nħaddan il-conspiracy theories. Ara issa, il-mainstream qed tagħti spazju lil dan it-tabib, li nfakkar, is-supretendent irrappurtatu lill-Kunsill Mediku biex tgħalaqlu ħalqu!

Infakkar ukoll li meta bdejt nagħti spazju lil dawk xettiċi għax ma qablux mal-miżuri tal-gvern fuq dan is-settur, Manuel Delia għajjarni li jien ta’ periklu pubbliku u kien hemm akkademiċi li kitbu kontra tiegħi.

Illum dawk kollha li għajruni bdew jibilgħu kliemhom!

Leave a Reply