Adrian Delia għandu raġun: il-Partit Nazzjonalista mhux Manuel Delia

Adrian Delia tella’ post fejn qal li l-Partit Nazzjonalista mhux Manuel Delia. Adrian Delia tella’ dan il-post wara li għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista uża Lovin Malta biex jiddisassoċċja ruħu minn artiklu li Manuel Delia kiteb kontra Adrian Delia.

Fl-post tiegħu, Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista huwa tan-nies, jiġifieri l-membri u mhux ta’ Manuel Delia. U għandu raġun. Infatti b’mod tajjeb ħafna, Adrian Delia għamilha ċara li l-Partit Nazzjonalista mhux Manuel Delia u Manuel Delia mhux il-Partit Nazzjonalista.

Illum Manuel Delia u Repubblika jippretendu li jiddettaw x’jiġri fil-partit politiċi Maltin. Tar-Repubblika ma jridux li Joseph Muscat jibqa’ membru tal-Partit Laburista. Jridu jkeċċuh. Manuel Delia, li hu l-faċċata l-oħra tal-munita’ ta’ Repubblika jrid li l-Partit Nazzjonalista jkeċċi lil Adrian Delia.

Skużawni Repubblika u Manuel Delia. Fiż-żewġ partiti, huma l-membri – jiġifieri t-tesserati – li jiddeċidu x’jiġri fil-partit tagħhom u ħadd aktar.

Leave a Reply

Your email address will not be published.