Bernard Grech jistqarr ġewwa Tas-Sliema li Adrian Delia hu mpekkabbli

Bħalissa Bernard Grech qed jindirizza folla mdaqqsa ta’ Nazzjonalisti ġewwa Tas-Sliema. Ma hemmx iktar minn 120 persuna jisimgħuh. Biss in-numri mhux l-aktar importanti.

Fl-indirizz tiegħu f’ Tas-Sliema, Dr. Grech għadu kif ta ċertifikat lil Dr. Adrian Delia għaliex qal li d-deputati kollha tiegħu fil-Parlament ma għandhomx minn xix jistħu, mhux bħal tal-Partit tal-Labour. Mela għal darba oħra qed ikun ikkonfermat li dak kollu li ntqal fil-passat fuq Adrian Delia mid-deputati tal-klikka, fosthom Jason Azzopardi, kien kollu gideb.

Leave a Reply