Min hemm wara Manwel Delia?

Kitba ta’ persuna li qed jiffirma taħt il-psewdonomu Frances Crick.

Manwel Delia joqgħod jitkellem dwar Mafja u mhux Mafja. Imma jien ninsab pjuttost xettiku.

Li kieku Delia hu verament daqshekk ippreokkupat mill-Mafja, kieku jagħmel bħal Roberto Saviano, u jmur jgħix ‘il bogħod. Kieku jkollu l-protezzjoni tal-pulizija.

Sa fejn nafu aħna, Delia la jgħix ‘il bogħod minn Malta u lanqas ma għandu l-protezzjoni tal-pulizija.

Allura dan Delia jew miġnun jew qed jigdeb. Miġnun għax ħadd ma joħroġ għonqu hekk kontra l-Mafja. Ara fuq ix-xhieda li ta Melvin Theuma kontra t-Topo, Delia ma qal u kiteb xejn. Il-Mafja mhix se taħfirlek. U jista’ jkun fik daqs iljunfant, għax il-bullets tal-machine guns tal-Mafja jibqgħu għaddejjin minn ġo fik qisek tal-irkotta. Jekk Delia mhux miġnun, ifisser li qed jigdeb.

L-istil ta’ ħajja ta’ Delia jqajjem aktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Minn fejn idaħħal il-ħobża ta’ kuljum Delia? Hu stess ammetta li kull ma jdaħħal mill-blog hu 300 mitt euro fix-xahar.

X’inhu sewwasew il-ftehim li għandu mal-gazzetta Taljana La Repubblica? Għaliex dan l-aħħar beda jgħid li hu kontra li Malta toffri servizzi finanzjarji? Min hemm wara Manwel Delia?

Leave a Reply