Għada ser nagħti u nippubblika l-kummenti tiegħi dwar l-inkjesta

Qed inġib post li tella’ Philip Incorvaja fejn talabni għall-kummenti tiegħi. Ser inkun qed nagħmilhom għada. Ma għandux għalfejn jinkwieta. Ser nitkellem u kif dwar l-inkjesta. Napprezza li qed jieħu ħsiebi. Biss naħseb is-Sur Incorvaja jrid jifhem li jien persuna li rrid nagħmel kollox jien.

Fuq kollox, jekk taqra The Telegraph issib li Matthew Caruana Galizia ġie mistqosi għar-reazzjoni tiegħu. Qalhom l-ewwel irid jaqra r-rapport. Ara fuq dan il-punt naqbel miegħu. Jien l-istess irrid nagħmel. L-ewwel naqra u mbagħad nikkummenta.

Nixtieq infakkar lis-Sur Incorvaja, jien ma għandix staff jaħdem għalija. Dan kollu li qed nagħmel hu volontarjat. Biss tinkwetax, nerġa’ ngħidlek ħa tisma’ ħafna mingħandi dwar din l-inkjesta.

Leave a Reply