It-tweġiba tiegħi lil Wayne Hewitt
Persuna li reġgħet bdiet tikteb fil-grupp tiegħi wara nuqqas ta’ preżenza hija Wayne Hewitt. Hewitt qed jikteb biex jiddefendi r-riżultati disastrużi li qed iġib il-Partit Nazzjonalista u biex jagħmel hekk jipprova tgħajjar u jwaqqgħani għaċ-ċajt. Hawn fejn il-Partit Nazzjonalista qed jiżballja. Wieħed jista’ jagħmel l-argument mingħajr ma jsir personali.
Biss forsi ftit jafu li Wayne Hewitt huwa l-ex-segretarju ġenerali tal-partit fallut Azzjoni Nazzjonali. Hu kien saħansitra telaq mill-PN biex ingħaqad mal-Azzjoni Nazzjoni u saħansitra kien joqgħod jiġġieled fil-miftuħ mal-partner tiegħu fuq Facebook li kienet baqgħet Nazzjonalista. Wara li xolja l-Partit Azzjoni Nazzjonali, Hewitt reġa’ daħal fil-PN. Fl-2017, Simon Busuttil ppreżentah bħala super candidate tal-Partit Nazzjonalista imma l-attentat tiegħu li jidħol fil-Parlament Malti kien falla bil-kbir.
Biss xorta baqa’ jippreżenta lilu nnifsu bħala strateġista u malajr sar wieħed mill-main kanvassers ta’ Chris Said fil-kontestazzjoni tal-leadership li kienet saret wara t-telfa elettorali tal-2017. Hu falla ukoll fit-tentattiv li jgħin lil Chris Said isir kap.
Illum bil-mod li qed jikteb Hewitt jidher li hu ferħan bil-pożizzjoni li jinsab fiha il Partit Nazzjonalista. Anzi sar il-porta voce ta’ Bernard Grech. Hu kien wieħed li ħadem biex jitla’ Grech kontra Delia. Issa qed jiddefendi ir-riżultati li qed iġib Bernard Grech fis-surveys. Dan qed jagħmlu biss minħabba li kien xeba’ jattakka lill-kap Adrian Delia u issa jrid jiġġustika lilu nnifsu.
Wayne Hewitt, li huwa ateu, issa iktar minn qatt qabel qed iħossu komdu fil-PN jew mat-team ta’ Bernard Grech. Dan hu team li fost l-oħrajn qegħdin jippromovu li jitneħħew il-kurċifiss mill-kmamar, jaċċettaw kandidati li huma favur l-abort u jridu l-PN isir il-perċimes tad-divorzju għaxar snin wara li kien ċarċar demmu biex id-divorzju ma jidħolx f’pajjiżna.
Mela issa dan Hewitt, kull darba li xi ħadd jikteb kontra r-riżultati li qed iġibu Team Bernard Grech fis-surveys, irid ifakkar li kien hemm drabi li l-PN taħt Delia kien f’pożizzjoni agħar.
Imma importanti li jkun jaf Hewitt li Bernard Grech kien impinġi li kif ħa jieħu f’idejh il-partit, il-PN ħa jiġi minn fuq u jirbaħ l-elezzjoni. Tant hu hekk li beda jistieden in-nies fuq Facebook biex jidħlu fil-group Bernard Grech for Prime Minister.
Importanti ukoll li Adrian Delia kellu l-klikka ta’ Wayne Hewitt u l-klikka ta’ Bernard Grech tattakkah kontinwament. Illum Bernard Grech qed jitħalla jaħdem. Ta’ min jinnota ukoll li f’survey li sar eżattament sena ilu, wara tliet snin ta’ attakki fuq Adrian Delia, ir-riżultat kien identiku għal dak tal-Ħadd li għadda. Id-differenza hi li waqt li Adrian Delia kien impinġi bħala ix-xitan, Bernard Grech qed ikun impinġi bħala s-salvatur.
Waqt li Adrian Delia kellu l-media tal-Partit Nazzjonalista taħdem kontrih, il-media illum qed turina lil Bernard Grech f’kull ħin u kull mument. Illum il-każini tal-partit għandom ritratt ta’ Bernard Grech mal-faċċata. Xi kultant taħsbek qiegħed fir-Russia Kommunita’ jew in-North Korea.
Ta’ min ifakkar lil Wayne Hewitt ukoll li fit-test elettorali ta’ Adrian Delia, dak tal-2019, bil-membri parlamentari jaħdmu biex in-nies ma jivvutawx lil PN jew jivvutaw liż-żewġ kandidati tal-klikka u jaħdmu kontra kandidati bħal Francis Zammit Dimech, Roselyn Borg Knight, Frank Psaila u Peter Agius, il-PN taħt Adrian Delia tilef b’42000 ftit il bogħod minn kif qed jibgħat li ħa jitlef Bernard li kieku kellha issir elezzjoni illum u jitlef b’50000 vot.
Lil Wayne għandhom jgħidulu li meta turi n-nies li ma għandekx bżonnhom u li b’telfa ta’ ħamsin elf se tkun kuntent, aktar jispiċċaw jitilquk nies. Jekk qed jagħmel dan biex Bernard Grech isalva postu wara l-elezzjoni biex ma jiksirx ir-rekord tal-inqas kap li dam fil-kariga ħa jagħmlu pjaċir kbir lil-Labour għax ħa jkollhom garanzija ta’ rebħa oħra fit-2027.
Nagħlaq billi nfakkar lil Hewitt li Prim Ministru inkompetenti qed jgħaddi lis-salvatur Bernard Grech b’85000. Wara l-elezzjoni li jmiss meta ma jkunux jistgħu jwaħħlu f’Robert Abela għal dak li għamel Joseph Muscat għax ikun telgħa “on his own steam”, id-distakk ħa jibqa jikber u mhux joqnos u mbagħad naraw kif Wayne Hewitt ser jiġġustifika dan ir-riżultat.
Il qahba milli jkolla ittik,kulhadd jaf li Wayne min dejjem fallut kien.