Skont Bernard Grech, meta tkun qed tikkritika lill-PN tkun qed tagħmel ħsara lil Malta!

Blog post minn osservatur politiku

Fuq dan is-sit qrajna li fl-aħħar priedka ta’ kull nhar ta’ Ħadd, Bernard Grech qal li meta tikkritika lill-Partit Nazzjonalista fuq Facebook tkun qed tikkritika lil Malta. Sfortunatament Dr Grech għandu din l-idea li għax jispara bl-addoċċ, jaħseb li dejjem għandu raġun. Jiddispjaċini ngħid li din waħda mill-akbar ċuċati li qal kemm ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hekk sewwa li issa nagħlqu ħalqna għax nagħmlu ħsara lill-għażiża Malta tagħna. Criticism is healthy jgħid l-Ingliż. U minn mindu tikkritika lill-Partit Nazzjonalista sar ifisser tagħmel ħsara lil Malta?

Billi tikkritika l-Partit Nazzjonalista ma tkunx qed tikkritika lill-pajjiż. Minn fejn ġabha din l-idea redikola? Aħna ċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż demokratiku u sovran, għandna dritt nikkritikaw lil min irridu basta ma naqgħux fuq livell personali jew familjari. Jekk ma tkunx kritika diretta kontra pajjiżna, bħal meta ngħidu meta nsiefru, li aħna Griegi flok Maltin, ma tkunx qed tagħmel ħsara lil pajjiżek. Lanqas li kont fil-Gvern. Dr Grech, ma tgħid ħmerija manja bħal din! Ħalli lil kulħadd jikkritika kemm irid. Li trid tagħmel huwa li tibda tagħti ftit każ tal-kritika li qed issirlek.

Dawn wassal kif rajna biex Moira Sciberras għalqet il-grupp tagħha li fih kien qed ikun hemm ħafna kritika lejn il-Partit Nazzjonalista. Issa naraw kemm din l-ordni ser tkun segwita minn gruppi oħra marbuta mal-Partit Nazzjonalista. Dan hu l-aktar punt ta’ interess f’din l-istorja kollha.

Dak li nixtieq ngħid lil Moira Sciberras hu dan. Ms Sciberras ma nħossx li kien żball li għalaqt dan il-grupp? Ma nħossx li, meta kont pronta u obdejt lil Dr Grech biex tidher li qisek qed taqbel miegħu u taġixxi kif irid hu, kont qed iġib ruħek qiesek qiegħda fil-Partit Kommunista ta’ żmien l-Unjoni Sovjetika? Ma tħoss li bgħatt messaġġ li dak li jgħid Bernard Grech tqisu xi don divin u għalhekk trid bil-fors li kulħadd jaqbel miegħu? Iż-żmien meta fil-politika konna naġixxu b’dan il-mod spiċċa.

Leave a Reply